Għaliex aħna qed infittxuh?

Print Friendly, PDF & Email

It-18-il Ħadd ta’ matul is-sena (Ġw 6, 24-35)

Minn Fr Kevin Schembri

Darba waħda anzjan qalli: Father, fid-dinja ma jiswiex x’tagħmel imma għalfejn tagħmlu!  Illum fil-Vanġelu nsibu l-istess ħaġa. Meta d-dixxipli telgħu fuq id-dgħajjes u marru n-naħa l-oħra biex ikunu ħdejn Ġesù, Hu ħares iktar fil-bogħod u staqsa għalfejn kienu qed ifittxuh. Qalilhom: “Intom qed tfittxuni mhux għax rajtu sinjali imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu”. F’kelma oħra: qed tiġru warajh mhux għax temmnu fija u għażiltu lili imma għax miegħi intom komdi…

19. jesusElfejn sena wara, dil-biċċa għadha tiġri lilna wkoll. Ħafna drabi, aħna wkoll nagħmlu xi ħaġa jew nħobbu lil ħaddiehor (ħbieb, maħbubin, familjari, kollegi tagħna) sempliċiment għax ikun qed jaqblilna jew għax inkunu qed nirċievu aktar milli qed nagħtu!

Għalhekk importanti li spiss naraw b’liema intenzjoni nagħmlu dak li nagħmlu…

  1. Spiss niftaħar b’dak li nkun qed nagħmel ħalli b’hekk nirbah il-prosit tal-oħrajn? Jew dak li nagħmel, nagħmlu fis-skiet u bl-imħabba?
  2. Spiss ingerger u ndum inkaxkar biex nagħmel xi ħaġa tajba li ma togħġobnix? Jew xorta nagħmilha mill-ewwel u bil-qalb?
  3. Spiss nissuppervja meta l-persuna l-oħra ma tgħidlix grazzi jew ma tapprezzanix? Jew xorta waħda nibqa’ għaddej b’dak li kont qed nagħmel?

Għax inkella lilna wkoll ikun jista’ jgħidilna: “Intom qed tfittxuni mhux għax rajtu sinjali imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu…”.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading