L-Akkademji Pontifiċji tax-Xjenza u x-Xjenzi Soċjali qed jospitaw summit ta’ tlett ijiem fil-Vatikan li jlaqqa’ flimkien sindki, gvernaturi, u esperti biex jesploraw it-tema: “Mill-Kriżi tal-Klima għar-Reżiljenza għall-Klima.”
Nhar il-Ħamis, il-Papa Franġiksu kellu udjenza mal-parteċipanti li qed jieħdu sehem fis-summit. Fl-indirizz tiegħu, l-Papa lmenta dwar id-dejta li dejjem qed tmur għall-agħar dwar it-tibdil fil-klima, u sejjaħ għal azzjoni urġenti “biex tipproteġi n-nies u n-natura.”
In-nazzjonijiet li qed jiżviluppaw isofru aktar direttament l-effetti tat-tibdil fil-klima, huwa staqsa lill-mexxejja politiċi minn diversi nazzjonijiet jekk “aħniex naħdmu għal kultura tal-ħajja jew għal kultura tal-mewt”. Il-Papa sostna li “n-nazzjonijiet l-aktar sinjuri, madwar biljun ruħ, jipproduċu aktar minn nofs is-sustanzi li jniġġsu s-sħana. Filwaqt, lit-3 biljun ruħ foqra jikkontribwixxu inqas minn 10%, iżda jsoffru 75% tal-ħsara li tirriżulta.”
Il-Papa Franġisku fakkar li l-qerda tal-ambjent hija “offiża kontra Alla” u “dnub strutturali” li jipperikola lin-nies kollha. “Insibu ruħna ffaċċjati bi sfidi sistemiċi li huma distinti iżda interkonnessi: t-tibdil fil-klima, t-telf tal-bijodiversità, t-tħassir ambjentali, d-disparitajiet globali, n-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel u t-theddid għad-dinjità tal-popli affettwati minnhom” qal.
Kull waħda minn dawn il-kwistjonijiet, żied jgħid il-Papa, trid tiġi ndirizzata b’mod urġenti u kollettiv sabiex jiġu salvagwardjati l-foqra tad-dinja, speċjalment in-nisa u t-tfal, li jġorru piż sproporzjonat. Madankollu, innota, dawk l-istess nisa mhumiex biss vittmi tat-tibdil fil-klima iżda wkoll “forza qawwija għar-reżiljenza u l-adattament.”
Il-Qdusija Tiegħu maqdar l-ingranaġġ tal-politika globali u nazzjonali li qed ixekklu l-azzjonijiet biex jipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli esposti għat-tibdil fil-klima. “Porgress ordnat,” huwa qal, “qed jinżamm lura mill-insegwiment ta’ regħba ta’ gwandann għal żmien qasir minn industriji li jniġġsu u bit-tixrid ta’ diżinformazzjoni, li tiġġenera konfużjoni u tostakola l-isforzi kollettivi għal bidla.”
Komunitajiet sħaħ qed jispiċċaw, u l-familji qed jiġi spostati, qal, filwaqt li żieda fit-tniġġis atmosferiku jikkawża miljuni ta’ ħajjiet kull sena. Madwar 3.5 biljun ruħ huma suxxettibbli għat-tibdil fil-klima u għalhekk aktar probabbli li jemigraw u jpoġġu ħajjithom f’riskju waqt “vjaġġi ddisprati.”
B’reazzjoni għal din il-kriżi, l-Papa Franġisku għamel appell mill-qalb imniedi mill-membri tas-summit. Magħhom, sejjaħ għal “approwċ universali u attività riżoluta” biex iġibu bidla politika fid-direzzjoni. L-Kap tal-Knisja Kattolika enfasizza wkoll il-ħtieġa li “tinqaleb il-kurva tat-tisħin globali” billi r-rata tat-tisħin titnaqqas bin-nofs matul il-25 sena li ġejjin.
Fl-aħħarnett, ħeġġeġ lil dawk li jfasslu l-politika biex jisfruttaw il-qawwa riġenerattiva tan-natura sabiex ineħħu kwantitajiet vasti ta’ dijossidu tal-karbonju mill-atmosfera. “Dan l-approwċ olistiku jista’ jiġġieled it-tibdil fil-klima, filwaqt li jiffaċċja wkoll il-kriżi doppja tat-telf tal-bijodiversità u l-inugwaljanza billi jikkultiva l-ekosistemi li jsostnu l-ħajja,” qal.
Bħala konklużjoni, l-Papa Franġisku stieden sforzi biex tinħoloq sinerġija u solidarjetà globali, kif ukoll “arkitettura finanzjarja ġdida,” biex twieġeb għall-bżonnijiet tan-Nofsinhar globali u tal-istati gżejjer affettwati mill-emerġenzi klimatiċi. “Hemm bżonn li naġixxu b’urġenza, mogħdrija u determinazzjoni, peress li l-ishma ma jistgħux ikunu ogħla.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-05/pope-francis-sciences-academies-climate-resilence-audience.html