L-isqfijiet tal-Honduras jiddeskrivu r-realtà tas-sitwazzjoni tal-Knisja f’pajjiżhom

Belt tal-Vatikan: Aktar kmieni din il-ġimgħa bdiet iż-żjara ta’ kull ħames snin “ad limina apostolorum” (f’riġlejn l-Appostli) tal-11-il isqof tal-Honduras.

Fi kliem l-arċisqof ta’ Tegucigalpa, il-Kardinal Oscar Rodrigues Maradiaga, il-laqgħa tagħhom mal-Papa kienet waħda li fiha l-Qdusija Tiegħu ried jaf mingħand il-prelati x’inhi r-realtà tal-Knisja fil-Honduras. Continue reading “L-isqfijiet tal-Honduras jiddeskrivu r-realtà tas-sitwazzjoni tal-Knisja f’pajjiżhom”