Nagħtu l-Bibbja lill-poplu

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt, 9 ta’ Settembru 2017.  Dan l-artiklu kien publikat fir-Rivista Pastor ta’ Jannar-Frar 2001, 13-15.

NAGHTU L-BIBBJA LILL-POPLU

Fuq pjan pastorali bosta huma dawk l-ghaqdiet, gruppi u movimenti li qeghdin jaghtu l-Bibbja lil-lajci. Izda forsi dawk li f’pajjizna qeghdin jaqraw il-Bibbja ghadu grupp zghir.

Ghalhekk jinhass il-bzonn li jkun hawn aktar edukazzjoni Biblika. Huwa inkorragjanti l-fatt li ghandna traduzzjoni taghha bil-Malti flimkien ma’ hafna pubblikazzjonijiet li jispjegawha. Izda fil-katekezi u l-pastorali xorta wahda jibqa’ l-bzonn li l-operatur pastorali jinkoragixxi l-istudju u l-qari tal-Bibbja fil-perspettiva tal-fidi. Infatti, jista’ jkun li jekk wiehed jinghata ghall-qari taghha minghajr fidi se jaqa fl-zbalji dottrinali. Ghalhekk l-operaturi pastorali ghandhom ikollhom idea cara x’jinvolvi fil-qari tal-Bibbja filwaqt li tinqara bi spirtu ta’ fidi.

Infatti, San Pawl jikteb lil Timotju hekk dwar il-qari tal-Bibbja,“Imma int ibqa’ miexi f’dak li tghallimt u emmint bis-shih, ghax taf minghand min tghallimtu, u ghax sa minn zghoritek sirt midhla tal-Kotba Mqaddsa, li jistghu jaghtuk il-gherf li jwassal ghas-salvazzjoni permezz tal-fidi fi Kristu {esù. L-iskrittura kollha hija mnebbha minn Alla, u tiswa biex wiehed jghallem, icanfar, iwiddeb u jrawwem fis-sewwa, biex hekk il-bniedem ta’ Alla jkun perfett, mhejji ghal kull hidma tajba” (V. Pasquetto, Sacra Scrittura f’Dizionario Enciclopedico di Spiritualità a cura di Ermanno Ancilli, Roma 1995, p.2223).

Hekk, skond San Pawl, il-Bibbja fiha dawk l-elementi kollha li jiswew ghall-hajja nisranija. Infatti San Girolmu  jghidilna li “l-Bibbja hija ittra minghand Alla l-Missier”. Però jista’ jigri li, meta wiehed minghajr taghlim jibda jaqra t-Testment l-Qadim, isib xi stejjer li ma tantx huma edifikanti u ghalhekk il-konsegwenza tkun jew li ma jaghtix aktar kaz taghha jew jikkonkludi xi haga li ma tantx tkun taqbel mar-religjon rivelata.

Ghalhekk l-operaturi pastorali tajjeb li jghallmu li t-Testment il-Qadim inkiteb aktar minn elfejn sena ilu. Hekk, b’mod naturali fih rakkonti, stejjer u ideat li ma jaqblux mal-kultura moderna. Però, jekk nispjegaw li l-Bibbja, ghalkemm hija l-kelma t’Alla, hija madankollu   wkoll l-istorja ta’ Izrael. B’dan il-mod t-Testment l-Qadim fih xi stejjer jew li graw verament jew li kienu parti mill-folkor  ta’ dak iz-zmien.

B’hekk naraw aktar il-bzonn li meta wiehed jaccetta l-Bibbja bil-fidi, ikun disponibbli wkoll li jaccetta t-tifsir li taghtiha l-Knisja. “Il-fidi timplika li wiehed jkun disponibbli ghall-vuci tat-tradizzjoni u tad-direttivi tal-Knisja, li irceviet il-mandat li thares u tinterpreta fedelment ir-rivelazzjoni” (Heinrich-Denzinger, Enchiridion Symbolorum definitionum et declarationum de rebus fidei et morum Nru. 1501).

Infatti l-Koncilju ta’ Trentu ddikjara: “filwaqt li nimxu fuq missirijiet tal-vera fidi, bl-istess tjieba u qima nilqghu u ninvveneraw il-kotba kollha  sew tat-Testment il-Qadim kif ukoll tal-{did Testment, li Alla huwa l-awtur taghhom, u t-tradizzjonijiet, fuq il-fidi u l-kostumi, ghax inzommu li gew minn fomm Kristu stess u mill-Ispirtu s-Santu, u li gew ikkonservati fil-Knisja Kattolika tas-successjoni li ma qatghet qatt” (Timotju  3, 14-16 ).

’dan il-mod il-Bibbja u t-Tradizzjoni tal-Knisja huma fuq l-istess livell. Ghalhekk in-nisrani jkun jonqos jekk jaqra l-Bibbja minghajr fidi. B’danakollu n-nisrani jista’ jsib xi passi minnha tqal biex jifhimhom. Hekk l-operatur pastorali flimkien mal-Bibbja ghandu jindika t-tradizzjoni tal-Knisja. Dan it-taghlim huwa espress b’mod mill-aktar car f’din is-sentenza, “Jien ma kontx nemmen l-Evangelju kieku ma wasslitnix ghal dan l-awtorità tal-Knisja Kattolika” (Santu Wistin, Contra Epistolam Manichaei: PL 42, p.176).

Tkun ta’ profitt ghall-operatur pastorali li minbarra l-istudju Storiku-Kritiku tal-Bibbja li huwa necessarju u ta’ ghajnuna kbira, ikun midhla ta’ l-esegesi tas-Santi Padri. Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika fil-paragrafi 116, 117, u 118 jaghmel alluzzjoni ghal dan it-tifsir spiritwali li jista’ jkun ta’ fejda kbira ghall-poplu nisrani. Infatti l-Katekizmu jispjega li l-Bibbja fiha zewg sensi dak Letterali li jikkonsisti fl-istudju tal-kotba Imqaddsa bhala grajjiet li sehhew fiz-zmien flimkien mal-kuntest taghhom u kull taghrif li jista’ johrog permezz tal-metodu storiku-kritiku. Imbaghad hemm is-sens spiritwali li jinqasam f’dak allegoriku, morali u anagogiku.

L-allegoriji  huma t-tixbihat li nsibuhom fit-Testment il-Qadim u li jsibu t-twettiq taghhom fit-Testment il-Gdid. Hekk il-qsim tal-bahar l-ahmar mill-poplu Lhudi huwa sinjal tar-rebha ta’ Kristu li ghamel fuq il-mewt u fuq d-dnub, u li nsibu t-twettiq tieghu permezz tal-maghmudija. Is-sens morali huwa, “il-grajjiet li ssemmi l-Iskrittura ghandhom iwassluna biex naghmlu ghemil li jkun gust u sewwa. ‘Inkitbu bi twiddiba ghalina’” (Katekizmu tal-Knisja Kattolika parag. 117).

Is-sens anagogiku huwa li certi grajjiet u realtajiet jsibu l-milja taghhom fil-hajja ta’ dejjem. Hekk il-Knisja fuq l-art hija sinjal ta’ Gerusalemm tas-Sema.

Minghajr ma mmaqdru l-istudju ta’ l-ilsna originali u tal-metodu storiku-kritiku li xejn ma jista’ jehdilhom posthom, madankollu l-operatur pastorali jkun aktar effettiv jekk jaqra u jkun midhla wkoll tal-kitbiet tas-Santi Padri kif wkoll l-esegesi Biblika medjevali. Ezempju ta’ dan huma l-kitbiet ta’ Sant’Antnin ta’ Padova li fil-kitbiet tieghu, jigifieri s-Sermones juza tajjeb t-tifsira spiritwali tal-Kotba Mqaddsa.

L-operatur pastorali ghalhekk ghandu juza stejjer mill-Bibbja biex jghallem kemm it-taghlim morali kif wkoll spiritwali. Il-katekezi permezz ta’ l-istejjer hija effettiva ferm, peress il-Bibbja huwa ktieb li mhux ser jghaddi zmienu. Ikun tajjeb jekk nghallmu l-poplu li, ghalkemm il-Bibbja hija gabra ta’ kotba, madankollu l-awtur huwa wiehed, jigifieri Alla, u c-centru taghha huwa Kristu. Infatti l-Antik Testment huwa t-thejjija ghall-migja tal-Messija filwaqt li t-Testment l-Gdid huwa t-twettiq ta’ dak li gie mhabbar.

B’dan il-mod l-operatur pastorali jrid jghallem u jipprepara t-triq biex in-nisrani jibda jitlob permezz tal-Bibbja. F’pajjizna l-Venerabbli Dun {org Preca  vvinta talba li jisimha ‘Qaghda’. Din hija specje ta’ Lectio Divina fuq l-Iskrittura. L-ewwel tinqara silta mill-Bibbja u spjega hafifa. Imbaghad, min ikun imexxi jaqra t-taghlimiet, filwaqt li dawk prezenti jsibu t-taghlima mit-test sagru. Wara dawk prezenti jaqsmu dak li  jkunu tghallmu mit-test sagru filwaqt li jinqraw ftit mistoqsijiet biex jghinu lil dawk prezenti jifhmu b’mod spiritwali u morali t-test sagru.

Illum, wara l-Koncilju Vatikan II, qieghda diehla d-drawwa tal-qari tat-test sagru b’mod spiritwali jigifieri l-Lectio Divina. Il-principji ta’ din it-talba huma li fit-test sagru jinsab taghlim profond morali u spirtwali, u li dan jista’ jbiddel il-hajja tan-nisrani.

B’dan il-mod l-operatur pastorali jkun qieghed jilhaq l-ghan tieghu meta jwassal lil dawk li jmexxi, jippriedka jew jghallem, biex mhux biss jaqraw  it-test sagru, izda wkoll li jitolbu bih: “Il-qalb hija l-post fejn jigi ccelebrat il-misteru tal-laqgha bejn il-kelma u dak li qieghed jilqaghha permezz tal-fidi. Il-kelma ssir ghammiela fil-qalb, il-post misterjuz, imma realissimu…Ghal dawn il-motivi min jipprattika l-Lectio Divina jrid jghix b’disponibbiltà mentali u anki fizika, li jhallu l-kelma tistabbilixxi fil-post proprju taghha” (Mario Masini, La Lectio Divina, Milano 1996, p.79).

Hekk, aktar ma nistudjaw l-Iskrittura Mqaddsa fil-fond, b’mod xjentifiku u nimmeditawha, b’dan il-mod nistghu nhajru lill-poplu jsir aktar midhla taghha.

Bibliografija

Id-Dokumenti tal-Koncilju Vatikan II Ed.Studia, Malta 1982

Sant’Antionio di Padova, i Sermoni, traduzione di p. Giordano Tollardo, OFM Conv. Padova 1994.

Karl Rahner and Herbert Vorgrimler, The Concise Theological Dictionary, Great Britian 1965.

Henri De Lubac, Theology in History, San Francisco 1996.

Henri De Lubac, Medieval Exegesis, Vol.1 The Four senses of scripture, Michigan 1998.

Boniface Ramsey, Beginning to Read the Fathers, New York 1995.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

One thought on “Nagħtu l-Bibbja lill-poplu”

  1. Hawn ħafna li għandhom kopja tal-Bibbja. Suppost li ngħid, ‘għall-grazzja t’Alla’. Iżda wisq nibża’ li għal ħafna l-kopja tal-Bibbja sservi biex tkun preżenti fil-librerija biss, biex tibqa’ ġdida. Il-Bibbja tant għandha tintuża li, li-paġni jaslu biex jisfaru bl-użu , u uħud jitmermru. Mank li kien hekk, imbagħad nasal biex ngħid ‘għall-grazzja t’Alla’. Kif jista’ l-bniedem jgħaddi mingħajr ma jirreferi kontinwament, jew ta’ spiss, għall-Iskrittura Mqaddsa?

    Din inxebbaħha ma’ wieħed li għandu l-eluf jew il-miljuni ta’ ewro, iżda qegħdin moħbija jew merfugħin f’xi bank, hu jgħid qegħdin investiti, filwaqt li jkun qiegħed nieqes minn ħafna neċessitajiet, imbasta għandu l-eluf. Agħar minn hekk huwa meta jkun missier, jew omm ta’ familja, li huma responsabbli ta’ uliedhom, iżda jħalluhom neqsin minn ħafna bżonnijiet … mbasta għandhom l-eluf.

    Tgħiduli x’rabta hemm bejn il-flus, il-ġid u l-Iskrittura Mqaddsa? Hemm xebh kbir u sewwa. Inwieġeb billi nagħmel mistoqsija jien … Kif jista’ bniedem jgħix mingħajr il-Kelma t’Alla, mingħajr ma jirreferi għaliha tul ħajtu? Ħafna huma li ma jafux li fil-Bibbja għandek is-soluzzjonijiet, id-duwa, it-tweġibiet għal ħafna problemi li niltaqgħu magħhom tul il-ħajja. Kemm nitolbu, kemm fi kliem ieħor inkellmu ‘l Alla, u nagħmlu tajjeb. Iżjed meta nitolbu sewwa, aktar inkunu qed inkellmu ‘l Alla. Iżda nafu li Alla jkellimna wkoll? Iżda nirrealizzaw li Alla jkellimna permezz tal-Kelma Tiegħu, permezz tal-Bibbja?

    LE, dik li nisimgħu ‘l Alla jkellimna darba fil-ġimgħa, fil-Quddiesa tal-Ħadd (tal-obbligu) mhux biżżejjed, għax aħna mhux darba f’ġimgħa nieklu jew nitimgħu ‘l uliedna. Il-Bibbja huwa l-Ktieb , jew Ittri ta’ Mħabba t’Alla lejna, lejn uliedu. Hija minjiera kbira li ma għandhiex prezz. Imbierek dak il-bniedem li jfittex Alla x’qed jgħidlu billi jqalleb, ifittex fil-Bibbja s-soluzzjoni għall-għawġ li jkun għaddej minnu. Trid tfittex, issir midħla tal-Kelma Tiegħu u tara jew tħossok li sibt postok.

    Huwa tajjeb li ċerti Parroċċi qed jorganizzaw il-Lectio Divina, għalkemm, bir-rispett kollu, din għandha tkun dejjem organizzatha tajjeb, li tqanqal l-interess ta’ min jattendi. Huwa mportanti li jingħatu ċerta nformazzjoni dwar il-ż-żminijiet li fihom għex Kristu, il-kultura u d-drawwiet tal-Lhud, biex il-Kliem ta’ Kristu jinftiehem aħjar. Iva ngħid ‘għall-grazzja t’Alla’ il-Fraternita li erġajna waqqafna 25 sena ilu, tal-Ordni Franġiskan Sekular, ġewwa tas-Sliema, kull nhar ta’ Tlieta ssir Laqgħa. Din tkun il-parti l-kbira fuq l-iskrittura Mqaddsa (kultant ukoll bil-power point), u l-interess li jieħdu l-Aħwa tkun tmissu b’idejk. IVA, nerġa’ ngħid, hawn għatx kbir għat-tagħlim tal-Kelma t’Alla. Nirringrazzjaw ‘l Alla. L-importanti huwa li min se jitkellem, kemm saċerdot u kemm lajk, ikunu ppreparati tajjeb.

    L-aħħar punt, insibu ta’ kuljum ħin ta’ kwarta, nofs siegħa jew aktar, fejn ninqatgħu mix-xogħol tal-ġurnata, u ningħaqdu fis-skiet mal-Mulej Alla, billi naqraw, anke vers wieħed mit-Testment il-Ġdid, u noqogħdu naħsbu, nimmeditaw dwaru. Jekk nitolbu l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, Huwa jgħinna żgur. Dak li tkun qrajt żommu quddiemek il-jum kollu biex taħseb fih … u Alla japprezza li qed tagħti kas tal-Kelma Tiegħu, u jgħinek.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading