Home > Aħbarijiet > L-Arċisqof itemm żjara pastorali f’Londra

L-Arċisqof itemm żjara pastorali f’Londra


Is-Sibt, 9 ta’ Settembru 2017: L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum temm żjara pastorali f’Londra, l‑Ingilterra, li matulha mexxa ċ‑ċelebrazzjoni tal‑festa tal-Madonna tal-Vitorja fl‑okkażjoni ta’ Malta Day – UK, u żar il‑pazjenti Maltin li qed jingħataw il‑kura f’Londra.

Iċ‑ċelebrazzjoni tal‑festa tal‑Vitorja saret fil‑Katidral ta’ Westminster, is‑Sibt 9 ta’ Settembru, bħala parti mill‑attivitajiet organizzati mill‑Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra b’kollaborazzjoni mal‑għaqdiet tal‑Maltin fir‑Renju Unit.

Waqt l‑omelija, l‑Arċisqof ħeġġeġ biex filwaqt li niċċelebraw ir‑rebħiet fuq l‑assedji li għaddiet minnhom Malta, nitolbu li nirbħu wkoll dawk l‑assedji li qed iħabbtu lis‑soċjetà tal‑lum. Mons. Arċisqof semma fost l‑oħrajn il‑ħtieġa li niddefendu l‑valuri tal‑familja u li nħarsu d‑dinjità tal‑bniedem, u li nibqgħu ngħaddu dan il‑wirt ta’ valuri u ta’ fidi lill‑ġenerazzjonijiet futuri.

Matul iż‑żjara tiegħu f’Londra, l‑Arċisqof żar ukoll il‑pazjenti Maltin fl‑isptarijiet ta’ Royal Marsden Hospital Sutton u Fulham, Great Ormond Street Hospital u National Hospital for Neurology and Neurosurgery. Fl‑Isptar Great Ormond Street, Mons. Arċisqof għammed tarbija Maltija. L‑Arċisqof żar ukoll il‑Maltin fl‑appartamenti ta’ Puttinu Cares u s-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù.

Mis-sit tal-Knisja f’Malta

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: