L-Evanġelju tas-Sibt 25 t’Awwissu 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 23, 1-12

Hawn min jgħaddi ħajtu jistinka biex joqgħod bilqiegħda fuq siġġu u hawn min isib ruħu bilqiegħda fih mingħajr ma jrid. Iżda hu x’inhu l-kas, malli tkun bilqiegħda f’dak is-siġġu leħnek jinstema u jidwi ħafna iżjed u dawl kbir jintef’a fuqek biex tidher sewwa, sa l-inqas dettal. Kulma tgħid jinstema iżjed u kulm atagħmel jidher iżjed. Continue reading “L-Evanġelju tas-Sibt 25 t’Awwissu 2018”

Koppja li għandhom 10 ulied jagħtu l-esperjenza tagħhom fil-Kungress Internazzjonali tal-Familja

Il-Ġimgħa 24 ta’ Awwissu 2018: Aktar dwar il-Kungress Dinji tal-Familji – is-sit newsbook.com.mt irrapporta l-ġrajja ta’ koppja li għandhom għaxart itfal u li se jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom fil-Kungress Dinji fl-Irlanda.

Aktar minn 20 sena ilu, Pablo Perez iltaqa’ ma’ Liliana Olivieri u l-ewwel kliem li qalilha kienu: “Il-persuna li tieħu grazzja miegħi trid tieħu grazzja mal-erba’ li aħna.” Għax hu kellu tliet itfal.
Continue reading “Koppja li għandhom 10 ulied jagħtu l-esperjenza tagħhom fil-Kungress Internazzjonali tal-Familja”

Il-kunvent u l-knisja tal-Patrijiet Agostinjani fir-Rabat

Il-wasla tar-reliġjużi Agostinjani fil-gżejjer tagħna tmur lura sewwa fiż-żmien. L-ewwel għeruq tal-preżenza tagħhom f’Malta toħodna lura għat-tieni nofs tas-seklu XIV. L-Ordni ta’ Santu Wistin kien twaqqaf bil-ħidma tal-Papa Innoċenz IV sa mis-sena 1244.

Continue reading “Il-kunvent u l-knisja tal-Patrijiet Agostinjani fir-Rabat”