Minn Daniel Borg
Illum hija l-festa tal-Pentekoste fejn niċċelebraw l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli u l-Madonna. Fil-Vanġelu tal-lum Ġesu jitkellem mill-Ispirtu li “jgħid dak li jisma’” (Ġw 16, 13). Fir-Regina Caeli tal-lum Papa Franġisku jistaqsina x’irid jgħid biha Ġesu’ din il-frażi. Hu jgħid li l-Ispirtu s-Santu jkellimna bi kliem ta’ ħniena, gratitudni, fiduċja, u mogħdrija għax dawn huma s-sentimenti li ġejjin minn Alla u li jbiddluna fi bnedmin aħjar. U għalhekk huwa mportanti li aħna nistagħnew b’dawn il-kliem. Kif? Billi naqraw u nisimgħu il-Kelma ta’ Alla, u billi nitolbu fis-silenzju u naduraw lil Ġesu’ fl-Ewkaristija. Hekk inkunu nagħtu spazju lill-Ispirtu Qaddis biex jaħdem fina.
Tista tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02QSUi1vKmpLLXrqAa2fUNpfeVE158GqUBcJ8ck9Rm8M1T5ua1SoQPgtTcRvmNFuZFl