Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2020

In-Nawfraġju ta’ San Pawl u l-laqgħa li tawh il-Maltin huma t-tema għal din il-ġimgħa ta’ talb. Mil‑lum is‑Sibt, 18 ta’ Jannar 2020, l‑Insara kollha madwar id‑dinja qed jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara, li tintemm nhar is‑Sibt, 25 ta’ Jannar 2020. Matul din il‑ġimgħa l‑Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku, bit‑tema għal din is‑sena tkun “Ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2), meħuda mir‑rakkont tan‑Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta u l‑laqgħa li tawh il‑Maltin. Continue reading “Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2020”