Konferenza Episkopali Maltija

Print Friendly, PDF & Email

12 ta’ Ottubru 2013

BŻONN TA’ AZZJONI KONKRETA

Quddiem il-ġrajjiet li seħħew f’dawn l-aħħar siegħat, fejn għal darb’oħra intilfu għexiren ta’ ħajjiet fil-baħar ta’ madwarna, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jixtiequ:
• juru n-niket tagħhom li dan irrepeta ruħu u ma jidhirx li jeżisti xi proġett konkrett biex traġedji bħal dawn ma jkomplux isiru;
• juru l-apprezzament tagħhom għall-ħidma u l-kuraġġ tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta biex isalvaw dawn il-ħajjiet, kif ukoll tal-impenn meħud mill-Awtoritajiet Ċivili biex jilqgħu għal din l-emerġenza;
• jħeġġu lill-Maltin u l-Għawdxin biex jitolbu għal dawn il-persuni kollha nvoluti u joffru l-għajununa tagħhom lill-organizazzjonijiet f’pajjiżna li jgħinu lil dawn il-persuni;
• jinfurmaw lil sħabhom isqfijiet tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex iwasslu lill-Awtoritajiet Ċivili f’pajjiżhom l-urġenza li jimpenjaw irwieħhom politikament għal soluzzjonijiet prattiċi u f’qasir żmien;
• Hija r-responsabilità tal-Unjoni Ewropeja, li temmen fil-prinċipji tad-dinjita umana u tas-solidarjetà, li flimkien ma’ pajjizi oħra tara kif twettaq dawn il-prinċipji b’risq kull bniedem, partikolarment ma’ dawk li ħajjithom hija mhedda bħal fil-każ tar-refuġjati. Kif qal dan l-aħħar il-Kardinal Reinhard Marx, President tal-COMECE, l-Ewropa tallum “mhix l-Ewropa li rridu”.

 MARIO GRECH  PAWLU CREMONA O.P.
Isqof ta’ Għawdex Arċisqof ta’ Malta
President tal-Konferenza Episkopali

 CHARLES J. SCICLUNA
Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading