Ġwanni Pawlu II f’Għid il-Ħamsin

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA FIS-SOLENNITÀ TA’ PENTECOSTE U L-GĦOTI TAS-SAGRAMENT TAL-GRIŻMA TAL-ISQOF

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II, Bażilkca ta’ San Pietru, 25 ta’ Mejju 1980

Meqjumin ħuiti u għeżież uliedi!

1. Hawn hu mill-ġdid wasal għalina, skont l-ordni tal-kalendarju liturġiku, “il-jum tal-Pentekoste” (At 2,1),…jum ta’ sollennità speċjali li joqgħod maġemb, minħabba d-dinjità taċ-ċelebrazzjoni u l-għana tal-kontenut spiritwali, l-istess jum tal-Għid. Huwa possibbli li wieħed jistabilixxi paragun bejn il-Pentekoste, li dwaru jitkellmu l-Atti tal-Appostli, dik il-miġja ħamsin jum wara l-qawmien mill-imwiet tal-Mulej, u l-Pentekoste tallum? Iva, mhux biss possibbli, imma sikur, mhux iddubitat u korroboranti huwa tali kollegament fil-ħajja u għall-ħajja tal-Knisja, fil-livell kemm tal-istorja billenarja tagħha, kif ukoll tal-attwalità taż-żmien li aħna qegħdin ngħixu, bħala bnedmin ta’ din il-ġenerazzjoni.

Aħna għandna d-dritt, id-dmir u l-ferħ li ngħidu li l-Pentekoste għadu jkompli. Aħna nitkellmu b’mod leġittmu dwar “kontinwazzjoni” tal-Pentekoste. Nafu nfatti li, ħamsin jum wara l-Għid, l-Appostli, miġburin f’dak l-istess ċenaklu, li diġa kien il-post tal-ewwel ewkaristija u, suċċessivament, tal-ewwel laqgħa mal-irxoxt,jiskopru fihom infushom il-qawwa tal-Ispirtu Santu li niżel fuqhom, il-qawwa ta’ dak li l-Mulej kien ripetutament wegħedhom bi prezz  tat-tbatija tiegħu permezz tas-salib, u mqawwija b’din il-qawwa, jibdew jaġixxu, jiġifieri biex iwettqu s-servizz tagħhom. Titwieled il-Knisja apostolika. Imma llum ukoll – u hawn hu l-kollegament – il-bażilika ta’ San Pietru, hawn f’Ruma, hija bħala estensjoni, hija kontinwazzjoni taċ-ċenaklu primittiv Ġerosolmitan, bħal ma hu kull tempju u kappella, bħal ma hu kull post, li fiħ jinġabru d-dixxipli u l-konfessuri tal-Mulej: u aħna hawn miġburin  biex inġeddu l-misteru ta’ dan il-jum kbir.

Tali misteru għandu jintwera b’mod speċjali – bħal ma rafu – permezz tas-sagrament tal-Griżma tal-Isqof, li llum, wara t-tħejjija konvenjenti, sejrin jirċievu it-tfal u ż-żgħażagħ insara tad-dijoċesi ta’ Ruma, li nġabru hawnhekk. Lil dawn l-ulied, propju għaliex destinatarji tad-“don ta’ Alla l-iktar għoli” u benefiċjarji tal-azzjoni indeskrivibbli tal-Ispirtu, dalgħodu nindirizza l-ewwel tislima tiegħ, li trid tfisser il-preferenza u l-fiduċja, li għandi għalihom. It-tislima tiegħi testendi, imbagħad, lill-parrini tagħhom, lill-ġenituri u l-qraba tagħhom u għal dawk kollha li jieħdu sehem, f’għaqda ta’ intenzjonijiet u sentimenti, f’din iċ-ċelebrazzjoni sinifikattiva u suġġestiva.

2. Issa jinħtieġ li nirriflettu li l-Pentekoste beda propju fl-għaxija stess tal-Qawmien mill-Imwiet, meta l-Mulej irxuxtat – kif irrefelilna l-Vanġelu li għadna kemm qrajna (Ġw 20,19-20) – ġie għall-ewwel darba fost l-Appostli tiegħu fiċ-ċenaklu u, wara li kien sellmilhom bl-awgurju tal-paċi, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Irċievu l-Ispirtu Santu: lil min taħfrulu dnuebietu jkunu maħfura…” (Ġw 20,22-23). Hawn hu, hu dan id-don paskwali, għaliex ninsabu fl-ewwel jum, bħallikieku rridu ngħidu fl-element ġeneratur ta’ dik is-serje ta’ ġranet, li fihom il-jum tal-Pentekoste huwa eżattament il-ħamsin wieħed; għaliex ninsabu fil-punt tat-tluq, li hija r-realtà tal-qawmien mill-imwiet, li għaliha, skont rapport ta’ każwalità qabel dak ta’ kronoloġija, Kristu ta l-Ispirtu Santu lill-Knisja bħala don divin u bħala sors inċessanti u ineżawribbli tal-qdusija. Fi kliem ieħor, hemm bżonn nikkunsidraw li, l-għaxija stess tal-qawmien mill-imwiet, b’puntwalità mpressjonanti, Kristu jwettaq il-wegħda magħmula kemm fil-privat kif ukoll fil-pubbliku, lill-mara tas-Samarija u lill-folla tal-Lhud, meta kien tkellem dwar ilma ħaj u salutari,  u kien stieden biex imorru għandu biex ikunu jistgħu jiksbu minnu b’abbundanza u biex bih ikunu jistgħu jaqtgħu l-għatx (cf. Ġw 4,10.13-14; 7,37). “U dan kien qalilhom – jikkummenta l-evaġelista – b’referenza għall-Ispirtu, li kellhom jirċievu dawk li jemmnu fih; infatti ma kienx għad hemm l-Ispirtu, għaliex Ġesù kien għadu ma ġiex igglorifikat” (Ġw 7,39). Hekk, kif ġie gglorifikat, dik l-istess wegħda tal-mibgħut-wasal (“quem mittet; cum venerit”) tal-Ispirtu paraklitu, formalment imwettqa “pridie quam pateretur” mal-Appostli tiegħu (Ġw 14,16.26; 15,26; 16,7-8.13), tiġi mmedjatament issodisfatha.

“Irċievu l-Isirtu Santu…”, u dan id-don ta’ qdusija jibda jaġixxi minnufih: il-qdusija tibda triqtha – skont il-kliem tal-istess Ġesù – mill-maħfra tad-dnubiet. L-ewwel hemm il-magħmudija, is-sagrament tal-kanċellazzjoni totali tal-ħtijiet, ikun xi jkun in-numru tagħhom u l-gravità tagħhom, imbaghad hemm il-penitenza, is-sagrament tar-rikonċiljazzjoni ma’ Alla u mal-Knisja, u wkoll id-dlik tal-morda. Imma din l-opra ta’ qdusija dejjem tilħaq il-quċċata tagħha fl-ewkaristija, is-sagrament tal-milja tal-qdusija u tal-grazzja: “Mens impletur gratia”. U liema hu, f’dan l-influss tal-għaġeb ta’ ħajja soprannaturali, il-post li jmiss lill-griżma tal-Isqof? Hemm bżonn ngħidu li l-istess qdusija tesprimi ruħha wkoll fir-rafforziment, appuntu fil-griżma tal-Isqof. Ukoll fiha, infatti, hemm f’milja soprabbundanti l-Ispirtu Santu u santifikanti, fiha hemm l-Ispirtu ta’ Ġesù biex jopera f’direzzjoni partikulari u b’effiċjenza kollha propja: din hija direzzjoni dinamika, hija l-effiċjenza tal-azzjoni ispirata b’mod intern u dirett. Dan ukoll kien previst u mħabbar minn qabel: “Imma intom ibqgħu fil-belt, sakemm Alla jkun libbiskom bil-qawwa tiegħu” (Lc 24,49); “Imma se jkollkom qawwa mill-Ispirtu Santu, li se jinżel fuqkom” (At 1,8). In-natura tas sagrament tal-griżma tal-Isqof  tiġi minn din il-kontribuzzjoni ta’ qawwa li mill-Ispirtu ta’ Alla tiġi kkomunikata lil kull wieħed u waħda mill-imgħammdin, biex tirrendihom – skont il-magħrufa terminoloġija katekista – insara perfetti u suldati ta’ Kristu,  lesti biex jixhdu b’kuraġġ il-qawmien mill-imwiet tiegħu u l-virtù redentriċi tiegħu: “U intom se tkunuli xhieda” (At 1,8).

3. Jekk dan is-sinifikat partikolari tal-griżma għat-tqawwija fina “tal-bniedem intern”, fil-linja tripla tal-fidi, tat-tama u tal-karità, hija faċli biex dak li jkun jifhimha kif hi, b’konsegwenza diretta, għandha sinifikat kbir ukoll għall-kostruzzjoni tal-komunità tal-Knisja, bħala l-ġisem ta’ Kristu (cf. “Lectio altera”: 1Kor 12). Ukoll għal dan it-tieni sinifikat hemm bżonn nagħtu l-enfasi dovuta, għaliex tippermetti li tiġbor, minbarra d-dimensjoni personali, id-dimensjoni komunitarja u propjament ekkleżjali fl-azzjoni fortifikanti tal-Ispirtu. Smajna lil Pawlu li kien qiegħed jitkellem dwar din l-azzjoni u dwar id-distribuzzjoni, min-naħa tal-Ispirtu, tal-kariżmi tiegħu “għall-utilità komuni”. Mhuwiex forsi veru li f’din il-prospettiva elevata tiġi nkwadrata it-tematika vasta u llum tant attwali tal-apostolat u, b’mod speċjali, tal-apostolat tal-lajċi?Jekk “lil kull wieħed u waħda tkun mogħtija manifestazzjoni tal-Ispirtu għall-utilità komuni” kif jistà nisrani jħossu stramb jew indifferenti jew eżonerat mill-opra tal-edifikazzjoni tal-Knisja? L-esiġenza tal-apostolat lajkali tiġi minn hawn u tiddefenixxi ruħha bħala tweġiba doveruża għad-doni rċevuti. F’dan ir-rigward, naħseb li jkun tajjeb li nerġgħu naqbdu – se nillimita ruħi għal aċċenn sempliċi – dak it-test konċiljari li, fuq is-sisien bibbliċi- tejoloġiċi tal-inseriment tagħna permezz tal-magħmudija fil-ġisem mistikiu ta’ Kristu u tal-qawwa riċevuta mill-Ispirtu permezz tal-griżma. Jippreżenta l-ministeru li jmiss lil kull membtru tal-Knisja bħala “impenn nobbli ta’ xogħol”. “Għall-eżerċizzju ta’ tali apostolat – iżid – l-Isprtu Santu jwessà lill-fidili ukoll xi doni speċjali”, għalhekk iseħħ b’mod korrelattiv l-obbligu li dak li jkun jopera u jikkopera għall-“edifikazzjoni” tal-ġisem kollu fil-karità” (cf. Apostolicam Actuositatem proem. et 3).

4.Il-griżma – bħal ma lkoll nafu u bħal ma spjegajt lilkom, għeżież żgħażagħ u tfal, li se tiġi mogħtija llum – tirċevuha darba biss f’ħajjitkom. Madankollu, hija trid tħalli traċċja li tibqà: propju għaliex timmarka b’mod li ma jitħassarx ir-ruħ, hija qatt ma tistà tirriduċi ruħha għal tifkira mbegħda, jew għal prattika reliġjuża  li tgħib u fis iddub. Hemm bżonn, għalhekk, nistaqsu lilna nfusna kif il-laqgħa sagramentali u vitali mal-Ispirtu Santu, li rċivejna minn idejn l-Appostli permezz tal-griżma tistà u għandha tippersisti u teradika ruħha b’mod profond fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Din turihulns b’mod splendidu s-sekwenza ta’ Pentekoste ““Veni Sancte Spiritus”: din tfakkarna qabel kollox, li għandna ninvokaw b’fidi, b’insistenza dan id-don tal-għaġeb, u tgħallimna wkoll kif u meta għandna ninvokawh. Oh! Ejja Spirtu Santu, ibgħatilna raġġ ta’ dawlek… Kondsolatur perfett, tina l-faraġ ħelu tiegħek, il-mistrieħ fil-għejja u fil-biki l-faraġ. Tina l-qawwa tiegħek, għaliex mingħajrha xejn mhu fina, xejn mhu mingħajr ħtija!

5.Bħal ma aċċennajt fil-bidu, il-Pentekoste huwa jum ta’ ferħ, u lili jogħġobni nesprimi, mill-ġdid għal darb’oħra, sentiment minħabba l-fatt li nistgħu b’dan il-mod inġeddu l-misteru ta’ Pentekoste fil-Bażilika ta’ San Pietru. Imma l-Ispirtu ta’ Alla mhuwiex limitat: huwa jispira fejn irid (Ġw 3,8), jippenetra kullimkien, b’libertà sovrana u universali. Huwa minħabba f’hekk li mill-intern ta’ din il-Bażilika, bħala umli suċċessur ta’ dak il-Pietru, li propju fil-jum ta’ Pentekoste inawgura b’kuraġġ b’mod qalbieni apostoliku l-ministeru tal-kelma, jiena issa nsib il-qawwa li ngħajjat “urbi et orbi”: “Ejja Spirtu Santu, imla l-qlub tal-fidili tiegħek, kebbes fihom in-nar ta’ mħabbtek”. Hekk ikun għall-Knisja kollha, għall-uimanità kollha!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading