Fil-ġimgħa li twassal għas-75 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Ġnus Magħquda, 32 pajjiż iffirmaw id-dikjarazzjoni li tgħid li ma hemm ebda dritt internazzjonali għall-abort u affermaw mill-ġdid id-dritt tal-pajjiżi ndividwali li jiddeċiedu huma liġijiet dwar dan.
Id-dikjarazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, ġiet iffirmata fit-22 ta’Ottubru, f’ċerimonja virtwali. Il-pjan oriġinali kellu jkun li l-iffirmar isir viċin l-Assemblea tas-Saħħa Dinija 2020 li kellha ssir ġewwa Ġinevra, imma minħabba l-pandemija tal-COVID-19 kellha ssir b’konferenza virtwali.
L-iffirmatarji wegħdu l-appoġġ lir-rwol tal-familja bħala “fundamentali għas-soċjetà kif ukoll sors ta’ saħħa, appoġġ u kura”. Id-dikjarazzjoni affermat li “kulħadd hu ndaqs quddiem il-liġi” u li “drittijiet tan-nisa huma parti inaljenabli, integrali w indikabbli tad-drittijiet tal-bniedem, u l-libertajiet fundamentali kollha”.
“Nisa u bniet għandhom igawdu aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta’ kwalità, riżorsi ekonomiċi u partiċipazzjoni politika kif ukoll opportunitajiet indaqs ma rġiel u subien għal impjieg, tmexxija u teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livelli kollha”, tgħid id-dikjarazzjoni.
Barra minn hekk, l-iffirmatarji affermaw mill-ġdid il-fatt li “kull bniedem għandu d-dritt tal-ħajja” u li jikkommettu li jippermettu li kull mara tmur mingħajr periklu waqt it-tqala u t-twelid u li jipprovdu lil koppji bl-aħjar ċans li jkollhom tarbija b’saħħitha.
“Fl-ebda każ, l-abort ma għandu jiġi promoss bħala metodu ta’ ppjanar tal-familja”, l-iffirmatarji qablu. “Kull miżura jew bdil f’dak li għandu x’jaqsam mal-abort fis-sistema tas-saħħa jkun biss iddeterminat fuq livel lokali jew nazzjonali, skond il-proċess leġislattiv nazzjonali”.
Id-dikjarazzjoni teskludi speċifikament l-abort mis-saħħa sesswali u riproduttiva, li l-firmatarji qalu li dan għandu jitjieb.
“Id-dikjarazzjoni tgħid li dawk ta’ favur il-ħajja ilhom jisħqu snin mal-Ġnus Magħquda, li ma hemm l-ebda dritt globali għall-abort u li l-abort ma għandux jiġi mpost mill-Ġnus Magħquda, għaliex l-abort hu kwistjoni ta’ sovranità nazzjonali” hekk stqarret Austin Ruse, president taċ-Ċentru tal-Familja u tad-Drittijiet Umani tal-Ġnus Magħquda.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:
https://aleteia.org/2020/10/25/u-s-and-31-countries-sign-declaration-affirming-right-to-life/
———————–
Dawn huma l-pajjiżi li ffirmaw id-dikjarzzjoni fit-22 ta’ Ottubru 2020.
- Kingdom of Bahrain
- Republic of Belarus
- Republic of Benin
- Federative Republic of Brazil (cosponsor)
- Burkina Faso
- Republic of Cameroon
- Democratic Republic of the Congo
- Republic of the Congo
- Republic of Djibouti
- Arab Republic of Egypt (cosponsor)
- Kingdom of Eswatini
- Republic of The Gambia
- Republic of Haiti
- Hungary (cosponsor)
- Republic of Indonesia (cosponsor)
- Republic of Iraq
- Republic of Kenya
- State of Kuwait
- State of Libya
- Republic of Nauru
- Republic of Niger
- Sultanate of Oman
- Islamic Republic of Pakistan
- Republic of Poland
- Kingdom of Saudi Arabia
- Republic of Senegal
- Republic of South Sudan
- Republic of Sudan
- Republic of Uganda (cosponsor)
- United Arab Emirates
- United States of America (cosponsor)
- Republic of Zambia