Ċelebrazzjoni tas-Siegħa tal-Omm mill-Isqof Anton Teuma

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt, 3 ta’ April 2021: Ċelebrazzjoni tas-Siegħa tal-Omm mill-Isqof Anton Teuma. Santwarju Ta’ Pinu, Għarb.

[soundcloud url=”https://soundcloud.com/user-1315623/iat_siegha_omm_03042021″ params=”auto_play=false&hide_related=false&visual=false” width=”100%” height=”140″ iframe=”true” /]

Riflessjoni fiċ-Ċelebrazzjoni tas-Siegħa tal-Omm
Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb
Sibt il-Għid, 3 ta’ April 2021
L-E.T. Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex

IT-TAMA TA’ MARIJA

F’dan il-jum ta’ skiet, aħna u nikkontemplaw lil Ġesù fil-qabar, aħna u nistennew id-dawl fid-dlam, id-dawl tal-Qawmien, hija ħaġa tassew sabiħa li nieqfu nikkontemplaw ma’ Marija. Kemm hu sabiħ it-talb li għamilna, it-taħlita tat-talba ta’ Marija mat-talba tas-salmista! Kemm jista’ jkun mudell għat-talb tagħna, għal meta aħna wkoll inkunu fid-dlam, għal meta aħna wkoll inħossu l-kesħa ta’ qabar!

Kemm tkun ħaġa sabiħa meta naqbdu l-Kelma ta’ Alla fis-Salmi, u nħalltu mal-krib, mat-talb, mat-tifħir, mar-ringrazzjament tas-salmista l-ispirazzjonijiet, l-emozzjonijiet, il-ħsibijiet tal-qalb tagħna! Il-kesħa tal-mewt tal-qabar illum tinkiser bit-talba ta’ Marija, bit-tama ta’ Marija, tant illi fid-dlam tal-mewt ta’ Ġesù diġà jibda jżernaq, nibdew nilmħu xaqq ta’ dawl tax-Xemx tielgħa.

Dan jista’ jseħħ fl-esperjenza ta’ kull wieħed u waħda minna meta fid-dalma li nkunu fiha, fil-kesħa li nkunu nħossu, fil-vojt li nkunu ngħixu, indawru ħarsitna lejn Alla u nibdew nitolbu. Marija llum tagħtina permess biex mit-tbatija tagħna nerfgħu ħarsitna ’l fuq lejn Alla u nitolbuh. U dak in-nuqqas ta’ tama, dik id-disperazzjoni, dik it-tbatija sewda li nkunu fiha tibda bil-mod il-mod tinbidel f’tama, tibda tinbidel f’xaqq ta’ ħajja, f’tama, f’xewqa ta’ qawmien.

Ejjew indawru d-dwejjaq tagħna, l-inkwiet tagħna, il-vojt tagħna f’talba, u mingħajr ma nindunaw, bil-mod il-mod, il-persuna sħiħa tagħna tibda timtela bit-tama tal-Irxoxt.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading