Fis-Solennità tat-Tlugħ tal-Mulej Ġesù fis-sema

Minn Dsniel Borg

Illum iċċelebrajna it-tlugħ ta’ Ġesu fis-sema. Fir-Regina Caeli tal-lum il-Papa jgħidilna li l-Knisja (jiġifieri aħna) aħna membri tal-ġisem ta’ Kristu u miegħu nitilgħu wkoll fis-sema bis-smigħ tal-Kelma ta’ Alla u s-sagramenti. Huwa permezz tagħhom li Ġesu jurina t-triq lejn fejn irridu naslu! Ħadd ma għandu jintilef jew jibqa’ lura għax aħna lkoll ġisem wieħed.

Imma dan kollu jsir pass pass. Dawn il-passi jissemmew fil-Vanġelu tal-lum: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu” Dan x’ifisser? Ifisser li f’kull ma nagħmlu nużaw l-imħabba u nbiegħdu l-ħażen, li nagħtu l-ħajja u t-tama, li nkunu qrib min qed ibati, u li nirrispondu għall-ħażin bit-tajjeb.

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0ArxjAb5CDgDnreJ4LMUK72H6Kv1KRYMsGHD2zfNzFFj3TeqhxEPbmDe6YKg5SNkql

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading