Il-parabbola tan-nagħġa l-mitlufa.

Print Friendly, PDF & Email

Il-parabbola tan-nagħġa l-mitlufa. Luqa 15:3-7

In-Nagħġa l-mitlufa. Video minn Joe Galea

[Lq:15:3] U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: [Lq:15:4] “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? [Lq:15:5] U meta jsibha, jifraħ biha u jerfagħha fuq spallejh, [Lq:15:6] imur id-dar, isejjaħ għandu lil ħbiebu u l-ġirien, u jgħidilhom, ‘Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli.’ [Lq:15:7] Ngħidilkom li l-istess jiġri fis-smewwiet: ikun hemm aktar ferħ għal midneb wieħed li jindem milli għal disgħa u disgħin bniedem tajjeb li ma kellux bżonn ta’ ndiema.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading