L-Akklamazzjoni ta’ wara l-Konsaggrazjoni

Print Friendly, PDF & Email

F’isem il-Knisja nixtieq inrodd ħajr lil tant animaturi, kantanti u mużiċisti li janimaw il-Quddies fil-knejjes tagħna b’tant ħeġġa u ġenerożita’.

Infakkarhom li ir-rwol tagħhom hu li jgħinu kemm jistgħu biex il-biċċa l-kbira tan-nies ikantaw u b’hekk jieħdu sehem aktar attiv fil-Liturġija, kif suppost jagħmlu.

Nixtieq ukoll niġbdilhom l-attenzjoni għall-akklamazzjoni ta’ wara l-Konsagrazzjoni.  Biex inkun preċiż u ċar, se nikkwota r-raba’ paġna tal-ktieb tal-innijiet Iktus:
“Wara l-Konsagrazzjoni ma tistax issir adorazzjoni.  Il-kant permess mil-Liturġija għal dan  il-ħin huwa dak li fih jissemmew dawn it-tlett ħwejjeġ:

Inħabbru l-mewt tal-Mulej
Inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħu
Nistennewh sa ma jiġi fil-glorja.

Ma jistax isir kant ieħor – la ta’ adorazzjoni u l-anqas Marjan.”

Mela ċar daqs il-kristall li  Inti O Alla,  Ninxteħtu fl-art bil-qima,   O o o lilek nagħtu qima Mulej,  eċċ mhux permessi.  Nistgħu nagħżlu minn dawn: Hu l-Mulej, Inħabbru l-mewt tiegħek, Kull darba li nieklu dal ħobż, Salvana Int o Salvatur tad-dinja.  Din tal-aħħar tista’ tingħad/titkanta s-sena kollha mhux fir-Randan biss.  Mela, kif nimxu mal-Liturġija u ma nkantawx innu tal-Offertorju fit-Tqarbin, jew innu tar-Randan fil-Milied, hekk għandna nagħmlu waqt l-Akklamazzjoni.

Edward P. Tagliaferro

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading