Is-Sammaritani

Kitba ta’ Edward Tagliferro

Razza Ġdida

   Ir-reġjun ta’ Samarija jinsab bejn ir-reġjun tal-Ġudeja fin-nofsinhar u r-reġjun tal-Galilija fit-tramuntana.  Meta l-Assirjani attakkaw lir-reġjun tat-Tramuntana, ħadu lis-sinjuri tal-post lejn arthom u ħallew lill-fqar.  Dawn ippruvaw iżommu u jipprattikaw il-fidi Lhudija, imma meta xi Assirjani baqgħu f’dan ir-reġjun bdew jitħalltu bi żwieġ man-nies tal-post u jintroduċu qima lejn allat oħra.  Din ir-razza mħallta maż-żmien bdiet tissejjaħ tas-Samaritani.

Aktar