Ġwanni Pawlu II fis-Santwarju ta’ San Ġwann Battista de la Salle

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA FIS-SANTWARJU TA’
SAN ĠWANN BATTISTA DE LA SALLE
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Ruma, 21 ta’ Novembru 1981

Għeżież ħuti,

1.Huwa għalija mottiv ta’ ferħ kbir li nistà iltaqà magħkom, madwar l-altar tal-Mulej, biex niċċelebraw l-liturġija ewkaristika, fl-għeluq tas-sena ġubilari, li biha ridna nfakkru l-fundazzjoni ta’ dan l-Istitut li seħħet tliet mitt sena ilu ġo Reims, fi Franza, bl-opra ta’ San Ġwann Battista de La Salle.

Biex inkunu eżatti, id-data ffissata, kif tafu sew, kienet is-16 ta’ Mejju li għadda; imma l-Providenza Divina, li fiha il-Fundatur tal-“Brothers” tal-Iskejjel Insara kien jemmen b’mod qawwi u li għaliha kien afda lilu nnifsu b’fiduċja estrema, iddeċidiet b’mod differenti. Iżda hekk kif kien possibbli, ma nqastx li nwettaq il-wegħda, u ġejt biex nieħu sehem fil-ferħ tagħkom u biex nesprimi l-apprezzament u r-rikonoxxenza tal-Knisja kollha.

Waqt li nispirakom għall-eżempji u għad-duttrina ta’ San Ġwann Battista de La Salle, veru ġenju ta’ edukatur nisrani, intom ferrixtu sewwa sew fi tnejn u tmenin nazzjon l-ideali tiegħu u l-ansjetajiet apostoliċi tiegħu. Huwa, f’dak is-seklu kbir li kien għal Franza s-“sbatax-il seklu”, għaraf li kien meħtieġ li tkun mgħallma fuq kollox l-arti tal-għixien b’mod nisrani, u ddedika ruħu għall-ideal tal-iskola nisranija bl-intenzjoni li jagħti lil kulħadd kultura solida fid-dawl tal-Vanġelu  .

L-innovazzjonijiet u l-opri mwettqa Minnu qegħdin hemm biex ifissru l-kobor ta’ dak il-bniedem intelliġenti u li jara ‘l bogħod; il-profondità tad-duttrina u l-erojċità tal-virtujiet juruna l-qdusija.

Intom ilqajtu b’kuraġġ imħeġġeġ l-wirt prezzjuż tiegħu: il-jum ta’ mewtu, li seħħet f’Rouen fis-17 ta’ April 1719, il-“brothers” kienu 101 u kienu jżommu skejjel f’diversi reġġjuni ta’ Franza u wkoll waħda f’Ruma, bl-approvazzjoni pontifiċja; illum madwar ħdax-il elf minnhom jgħallmu fil-partijiet kollha tad-dinja.

Dan kollu huwa mottiv għalikom u għall-Knisja ta’ ferħ u ta’ ringrazzjament lill-Mulej, li, minkejja d-diffikulta u l-isfortuna, żamm ħajja l-fjamma mixgħula mill-Fundatur u ppermetta li tkompli l-opra hekk meħtieġa u ta’ min ifaħħarha.

2. Il-laqgħa tallum, hekk sollenni u sinifikattiva, toffrilna l-okkażjoni biex nimmeditaw dwar t-tagħlim ta’ San Ġwann Battista de La Salle, billi nieħdu l-ispunt mix-xena deskritta mill-Vanġelu, li għadu kemm ġie mxandar.

Dan huwa episodju li għall-ewwel jistà jħawwadna. Minn banda wieħed jinnota l-imħabba ta’ Marija u tal-qraba lejn Ġesù, li jħobbuh, isegwuh, li jinkwetaw minħabba fih, kultant saħansitra jibqgħu mistagħġba għad-diskorsi tiegħu u għall-imġieba tiegħu; mill-banda l-oħra wieħed jara l-attakkament tal-folla għal Ġesù, imxenqa għas-smigħ attent ta’ kelmtu. U Ġesù, meta jħabbrulu li Ommu u qrabatu jixtiequ jiltaqgħu miegħu, idawwar ħarstu fuq il-folla u jgħid: “Min hi Ommi u min huma ħuti? Min iwettaq ir-rieda ta’ Alla dak huwa ħija, oħti u ommi” (Mk 3,31-35). Ġesù, b’kelma kalma, donnu jinqatà mill-imħabba umana u terrena, biex jiddikjara tip ta’ parentela spiritwali u soprannaturali li tiġi mit-twettiq tar-rieda ta’ Alla. Bla ebda dubju Ġesù b’dik is-sentenza ma riedx jelimina imħabbtu lejn Ommu u lejn qrabatu, u wisq inqas jinnega l-valur tal-imħabbiet familjari. Anzi, huwa propju l-messaġġ nisrani li jenfasizza kontinwament il-kobor u l-ħtieġa tal-irbit familjari. Ġesù ried, b’xi mod, jantiċipa jew jispjega id-duttrina fundamentali tad-dielja u tal-friegħi, u jiġifieri tal-istess ħajja divina li tgħaddi bejn Kristu Redentur u l-bniedem mifdi mill-“grazzja” tiegħu. Bit-twettiq tar-rieda ta’ Alla, aħna niġu mgħollija għad-dinjità suprema tal-intimità miegħu. Dan kien l-inkwiet kontinwu tal-Fundatur qaddis tagħkom, li fil-punt ta’ mewtu kien għadu jgħid: “Nadura f’kull ħaġa r-rieda ta’ Alla fil-konfront tiegħi” u tali ideal huwa jindikalna bil-qawwa spiritwali kollha tiegħu. Din hija li niskopru liema hija effettivament ir-rieda tal-Iktar Għoli!

Wieħed jista jgħid, b’mod ġenerali, li qabel kollox li tagħmel ir-rieda ta’ Alla jfisser li tilqà l-messaġġ ta’ dawl u ta’ salvazzjoni mħabbar minn Kristu, Redentur tal-bniedem. Infatti, jekk Alla ried jidħol fl-istorja tagħna, billi jassumi n-natura umana, dan huwa sinjal ċert li jixtieq u jrid ikun magħruf, maħbub u segwit fil- preżenza tiegħu storika u konkreta. U ladarba Alla huwa essenzjalment “verità”,  billi rrivela ruħu fl-istorja dejjem tinbidel u kontrastata, Huwa kellu nrċessarjament, minħabba l-loġika intrinsika tal-verità, jiggarantixxi r-Rivelazzjoni permezz tal-Knisja, magħmula minn bnedmin imma Minnu stess assistita b’mod partikolari, sabiex il-verità rivelata tkun miżmuma integra u sikura  tul it-taqtiq ta’ qalb taż-żminijiet. San Ġwann Battista de La Salle fehem perfettament din l-ewwel esiġenza tar-rieda ta’ Alla li hija l-fidi fi Kristu u fil-Knisja.

Ried għalhekk l-“Iskejjel Insara” għall-edukazzjoni u l-formazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ għal-“laqgħa ma’ Kristu”; u fit-testment spiritwali talab lil Alla l-grazzja li l-Familja minnu mwaqqfa “tkun dejjem b’mod sinċier sottomessa għall-Papa u għall-Knisja Rumana”. “Dan huwa tagħlim tassew validu wkoll fl-epoka tagħna li fiha hemm bżonn nedukaw u niskopru u nivvalutaw dak kollu li hemm tajjeb fil-kurrenti tal-ħsieb modern, mingħajr madankollu nċedu f’xejn dwar dak kollu li huwa patrimonju tal-“Verità”.

Flimkien mal-fidi fi Kristu hija ugwalment rieda ta’ Alla il-ħajja tal-“grazzja” u, jiġifieri l-attwazzjoni tal-“liġi morali”, espressjoni appuntu tar-rieda divina fir-rigward tal-esseri raġonevoli u volittiv, maħluq xbiha tiegħu. Illum sfortunatament jeżisti t-tentattiv li neliminaw is-sens tal-ħtija u tar-realtà tad-dnub. Nafu iżda li l-“liġi morali” teżisti u li l-preokkupazzjoni fondamentali tal-bniedem għandha tkun dik li sinċerament inħobbu lil Alla billi nwettqu ir-ridiet tiegħu, li jiffurmaw imbagħad, fir-realtà, il-feliċità awtentika tiegħu. Rieda ta’ Alla hija għalhekk l-għixien fil-“grazzja”, bogħod mid-dnub, u li nerġgħu lura fil-“grazzja” permezz tal-indiema u l-Qrar sagramentali, kemm-il darba din tkun intilfet. Din kienet ukoll l-intenzjoni ta’ San Ġwann Battista de La Salle bit-twaqqif tal-Iskejjel Insara: “Ninsabu f’din id-dinja unikament biex insalvaw lilna nfusna!” – kien kiteb fil-Meditazzjonijiet” tiegħu fuq il-festi ewlenin tas-sena u kien stieden biex tintalab lill-Verġni Santissma l-grazzja li jkunu jistgħu jevitaw il-ħażin.

Fl-aħħarnett, huwa bla dubju rieda ta’Alla l-impenn fil-karità. “Jekk m’għandix il-karità – kien kiteb San Pawl – jien bħal qanpiena tal-bronż li ddoqq jew bħal ċimblu li  jtektek”. U kien kompla: “Jekk nikseb il-milja tal-fidi hekk li nkun nistà nittrasporta l-muntanji, imma ma jkollix il-karità, ma nkun niswa xejn” (1Kor 13,1-2). Imbuttat minn dan l-ispirtu appassjonat ta’ karità San Ġwann Battista de La Salle ried jiddedika ruħu għast-tfal l-iktar foqra b’mod ekonomikui, kulturali u spiritwali u, enfasizza li taħt l-ilbies mgħarraq u miżerabbli kellha tidher dejjem il-persuna ta’ Kristu.

Il-qaddis Fundatur interpreta eżattament d-dikjarazzjoni ta’ Ġesù. Ħeġġu intom ukoll biex issegwuh, dejjem, f’kull post, bi mħabba, b’żelu, b’ġenerożità u ferħ.

3. Għeżież!

Illum, 21 ta’ Novembru, Festa tal-Preżentazzjoni ta’ Marija fit-tempju, tiġi spontanja li nikkonkludi din l-omelija billi nfakkar id-devozzjoni delikata li dejjem San Ġwann Battista de La Salle kkultiva lejn il-Verġni Santissma u li tagħha huma bosta l-opri axxetiċi u pedagoġiċii. Kien jgħid b’mod espliċitu: “Jekk ikollna devozzjoni vera lejn il-Verġni Santissma, xejn ma jkun jistà jonqosna minn dak li huwa meħtieġ għas-salvazzjoni tagħna” (Meditazioni sulle principali feste dell’anno) u kien insista b’mod partikolari dwar ir-reċta tar-Rużarju ta’ kuljum; kien jixtieq li l-jum jingħalaq bit-talba “Maria, Mater gratiae”, l-aħħar waħda li huwa stess irreċita fuq is-sodda tal-mewt.

San Ġwann Battista de La Salle ikunilkom ta’ eżempju u gwida fl-impenn biex twettqu r-rieda ta’ Alla u fl-isforz biex takkwistaw devozzjoni delikata u awtentika lejn il-Madonna, li ma tonqosx li tikseb l-perseveranza fl-imħabba ta’ Kristu u ta’ ħutkom.



Nixtieq inżid kelma bil-lingwa tal-Fundatur tagħkom, li wara kollox hija l-lingwa ta’ bosta minnkom. Intom ilkoll, għalliema, ġenituri, student jkollkom fiduċja fil-ħila tal-fidi, tal-ġid, tad-don tagħkom infuskom li tgħammru fil-qalb tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ, imma li jeħtieġu jelevaw, jissaħħu u jiżviluppaw, skont l-imħabba esiġenti ta’ Ġesù Kristu, “mhux bħal ġarar li jridu jintlew, imma bħala erwieħ  biex jiġu ffurmati”, skont l-espressjoni ta’ San Ġwann Battista de La Salle. Jalla dan il-qaddis kbir jillumina l-mixja tagħkom, “brothers” ġodda spirati, sabiex grazzi lilhom u lilkom, il-Knisja tallum isservi b’ħeġġa l-missjoni edukatriċi tagħha!


Je désire ajouter une parole dans la langue de votre Fondateur, qui est aussi celle d’un certain nombre d’entre vous. Tous, maîtres, parents, élèves, ayez confiance dans les capacités de foi, de bien, de don de soi, qui sommeillent au cœur des jeunes générations, mais qu’il faut éveiller, affermir et développer, selon l’amour exigeant de Jésus-Christ, “ non comme des vases à remplir, mais des âmes à former ”, selon l’expression de saint Jean-Baptiste de La Salle. Que ce grand saint éclaire pour vous la route, qu’il suscite de nouveaux Frères, afin que par vous et par eux, l’Eglise d’aujourd’hui poursuive avec ardeur sa mission éducatrice!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading