Il-Ħajja f’Għawdex, Jannar 2022

Print Friendly, PDF & Email

Ħarġa Nru 1034

Il-qoxra u l-artiklu prinċipali ta’ din l-edizzjoni jfakkru lill-istudjuż Ninu Cremona (1880-1972) li, flimkien mal-Għawdxin G.P.F. Agius de Soldanis u Ġużè Aquilina, kien strumentali fl-iżvilupp tal-ilsien nazzjonali tagħna.

Tema oħra nazzjonali li nsibu f’dan l-għadd hi l-Assedju tal-1551 meta Għawdex, bla difiża ta’ xejn, ġie attakkat mill-qawwiet Ottomani u kważi l-popolazzjoni kollha tiegħu nġarret fil-jasar. Din il-ġrajja importanti, li qatt ma ġiet rikonoxxuta kemm imissha fuq livell nazzjonali, hi s-suġġett ta’ riċerka ġdida li għadha kemm ġiet ippubblikata fi ktieb. F’paġni oħra, inkomplu bil-vjaġġ letterarju mal-lokalitajiet tal-gżira, u nżommu ruħna aġġornati b’aħbarijiet djoċesani. Il-qarrej, fost l-oħrajn, jista’ jaqra wkoll dwar l-unika vittma Għawdxija fuq il-front Ġappuniż fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-kampjun ġdid nazzjonali tal-Mountain Bike, il-Gozo Press (li 65 sena wara li nfetħet, għadha għaddejja), u s-serje ta’ pubblikazzjonijiet kulturali Il-Ħaġar Gems.

Il-Ħajja f’Għawdex, January 2022, No 1034

The front cover and main article of this edition commemorate the scholar Ninu Cremona (1880-1972) who, together with fellow Gozitans G.P.F. de Soldanis and Ġużè Aquilina, was pivotal in the development of our national language. Another national topic that features in this number concerns the 1551 razzia when Gozo, left undefended, was invaded by Ottoman forces and almost its entire population carried off into slavery. This momentous event, which has never been properly acknowledged at a national level, is the subject of a new and well researched book. On other pages, we resume the literary journey across the towns and villages of the island, and keep up-to-date with diocesan news. Readers can also learn, inter alia, about the only Gozitan Second World War casualty on the Japanese front, the new national Mountain Bike champion, the Gozo Press (65 years old and still running), and the Il-Ħaġar Gems series of cultural publications.

%d bloggers like this: