Il-motto tas-Sena tal-Ġublew 2025: ‘Pellegrini tat-Tama’

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku ta l-approvazzjoni tiegħu għat-tema tas-Sena Mqaddsa li jmiss, dik tal-2025.

Skont il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida, il-Papa jixtieq li fil-Knisja kollha ssir l-aħjar tħejjija għas-Sena tal-Ġublew 2025.

L-Arċisqof Rino Fisichella qal li l-Papa approva l-motto propost għas-Sena tal-Ġublew: Pellegrini ta’ Tama.”

Huwa spjega li, bħal kull motto ieħor, dan jipprova jiġbor  f’żewġ kelmiet l-għan tal-vjaġġ kollu tal-Ġublew. Huwa nnota li ż-żewġ kelmiet magħżul, it-tnejn jirrappreżentaw temi ewlenin tal-pontifikat tal-Papa Franġisku, il-pellegrinaġġ u t-tama.

It-Tama, magħżula bħala t-tema ewlenija tal-Ġublew tal-2025 hija bla dubju ta’ xejn ħafna għal-qalb il-Papa Franġisku, li minbarra li tkellem fuqha diversi drabi fl-omeliji u diskorsi oħra tiegħu kien għamel ukoll sensiela ta’ 38 katekeżi fl-Udjenzi Ġenerali bejn l-2016 u l-2017.

Fil-Knisja Kattolika, il-Ġublew huwa s-sena dedikata b’mod speċjali għall-maħfra tad-dnubiet, għar-rikonċiljazzjoni, għall-konverżjoni u għall-penitenza sagramentali. Tieħu isimha mill-Ġublew Ebrajk, Jobel.

Is-sena tal-Ġublew hija fuq kollox is-sena ta’ Kristu.

L-aħħar Ġublew Ordinarju fil-Knisja Kattolika kien dak tas-Sena 2000 matul il-pontifikat tal-Papa Ġwanni Pawlu II, madankollu bejn it-8 ta’ Diċembru 2015 u l-20 ta’ Novembru 2016, kien dikjarat mill-Papa Franġisku bħala Ġublew straordinarju tal-Ħniena bil-motto, Ħanina bħall-Missier.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading