Ġwanni Pawlu II f’Livorno

Print Friendly, PDF & Email

VIŻTA PASTORALI FID-DIJOĊESI TA’ LIVORNO
QUDDIESA GĦAL-LIVORNESI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Livorno, 19 ta’ Marzu 1982

Għeżież ħuti!

1. Ninsab hawn illum, flimkien magħkom biex inqimu lil San Ġużerpp fil-jum li fih tqimu l-Knisja kollha. Hija tqimu kif jixraqlu dan ir-“raġel ġust” ta’ min jammirah, għarus – quddiem il-liġi – ta’ Marija, Verġni ta’ Nażżaret, Omm l-Iben ta’ Alla.

Fl-istess ħin il-Knisja tqim lil Ġużeppi ta’ Nażżaret bħala “bniedem tas-sengħa”, bħala bniedem tax-xogħol, forsi mastrudaxxa professjonali. Huwa kien il-waħdieni u l-uniku – fost il-bnedmin kollha tax-xogħol fuq l-art – li mal-bank tax-xogħol tiegħu kien jippreżenta ruħu kuljum Ġesù Kristu, Bin Alla u Bin il-bniedem. Propju hu, Ġużeppi, għallmu x-xogħol tal-professjoni tiegħu, ħarrġu fiha, għallmu jegħleb id-diffikultajiet u r-reżistenza tal-element “materjali” u joħroġ mill-materjal bla forma l-opri tal-artiġjanat uman. Huwa hu, Ġużeppi ta’ Nażżaret, li rabat darba għal dejjem lil Bin Alla max-xogħol uman. Grazzi lilu, l-istess Kristu appartiena wkoll lid-dinja tax-xogħol u ta xhieda tad-dinjità l-iktar għolja tiegħu quddiem għajnejn Alla.

Livorno hija ambjent kbir tax-xogħol. Nixtiequ propju hawn nirrendu qima lil San Ġużepp. Nixtiequ nesprimu b’dan il-mod li d-dinja afdata bi dmir lill-bniedem mingħand il-Ħallieq dejjem u kullimkien tal-art, u f’nofs kull soċjetà u nazzjon, hija “id-dinja tax-xogħol”. “Dinja tax-xogħol” tfisser fl-istess ħin “dinja umana”. Propju dwar din id-“dinja” ippronunzja ruħu l-Konċilju fil-kostituzzjoni dwar il-Knisja fid-dinja kontemporanja, intitulata Gaudium et Spes,li tindika id-“dinja”, jiġifieri id-“dinja umana”(li f’kejl ewlieni hija “id-dinja tax-xogħol”), bħala l-post tal-Knisja u bħala oġġett tad-dmir tagħha pastorali.

Il-Knisja hija f’din id-dinja. Din mibgħuta lil din id-dinja, għaliex “Alla tant ħabb lid-dinja li taha lil Ibnu Uniġenitu” (Ġw 3,16); u dan seħħ, iva dan twettaq tul il-korsa ta’ tletin sena fid-dar Nażżeretana ta’ Ġużeppi. Għalhekk illum inqimu f’San Ġużepp dik id-dinja, li għaliha ntbagħtu Kristu u l-Knisja.

2.U dan “ir-raġel ġust”, fl-istess ħin jibqà inserit b’ħajtu kollha u bil-vokazzjoni tiegħu fil-misteru tal-Knisja. Aħna nagħrfu lil ħajtu “moħbija” u l-vokazzjoni tiegħu “siekta”. Nagħrfuhom biżżdejjed mill-Vanġelu; imma ma naqraw ebda kelma fil-Vanġelu ppronunzjata minn San Ġużepp ta’ Nażżaret. Imma aħna xhieda tal-ġrajjiet li jgħidu b’kemm mod profond Alla nnifsu ikkonsolida l-vokazzjoni ta’ San Ġużepp fil-misteru tal-Knisja. Dan jixhduh b’mod speċjali l-qarjiet tal-Liturġija tallum.

Il-misteru tal-Knisja, jiġifieri r-realtà tal-Knisja twieldet diġa b’xi mod mill-wegħda li Alla għamel lil Abraham, u fl-istess ħin minn dik il-fidi, li biha Abraham wieġeb għas-sejħa ta’ Alla. Ġustament, fil-jum ta’ San Ġużepp, naqraw is-sentenza li ġejja mill-ittra lir-Rumani: “Infatti mhux bis-saħħa tal-liġi ma ngħatat  lil Abraham u lid-dixxendenza tiegħu l-wegħda li  jsiru werrieta tad-dinja, imma bis-saħħa tal-ġustizzja li tiġi mill-fidi… Werriet mela ssir permezz tal-fidi, għaliex dan ikun bil-grazzja u għalhekk il-wegħda tassikura għad-dixxendenza kollha, mhux biss dik li toħroġ mil-liġi, imma wkoll għal dik li toħroġ mill-fidi ta’ Abraham” (Rm 4,13-16).

U, iktar ‘il quddiem, dwar l-istess Abraham l-Appostlu jikteb: hu “huwa missierna lkoll. Infatti hemm miktub: jien għamiltek missier ta’ bosta ġnus; huwa missierna quddiem Alla li fih kien jemmen, li jagħti l-ħajja lill-mejtin u jsejjaħ għall-eżistenza l-ħwejjeġ li għadfhom ma jeżistux” (Rm 4,16-17).

Pass wieħed mal-fidi tmur it-tama. Abraham huwa “missier” il-fidi tagħna u t-tama tagħna: “Huwa emmen waqt li ttama kontra kull tama u hekk sar missier ta’ bosta ġnus” (Rm 4,18).

U san Pawl ikompli: “Hekk hu għaliex dan ġie lilu magħdud b’ġustizzja” (Rm 4,22).

3. Ġustament nerġgħu naqraw dan il-kliem fil-Liturġija tal-festa tallum. Nerġgħu naqrawh bil-ħsieb lejn San Ġużerpp ta’ Nażżaret, li kien “raġel ġust”, li lilu kien magħdud “b’ġustizzja” l-fatt li emmen f’Alla, “li jagħti l-ħajja lill-mejtin u jsejjaħ għall-eżistenza l-ħwejjeġ li għadhom ma jeżistux”. Dan il-kliem, miktub minn San Pawl fir-rigward ta’ Abraham, nerġgħu naqrawh illum bil-ħsieb ta’ Ġużeppi ta’ Nażżaret li “emmen, waqt li ttama kontra kull tama”. Dan seħħ filwaqt deċiżiv għall-istorja tas-salvazzjoni. Meta Alla, Missier etern, waqt li wettaq il-wegħda magħmula lil Abraham, “bagħat lil Ibnu fid-dinja”. Propju hemm wriet ruħha l-fidi ta’ Ġużeppi ta’ Nażżaret, u wriet ruħha bl-istess qies tal-fidi ta’ Abraham. Wriet ruħha b’mod ikbar meta l-Verb ta’ Alla l-ħaj sar ġisem f’Marija, għarusa ta’ Ġużeppi, li għall-aħbar tal-Anġlu “sabet ruħha tqila bl-opra tal-Ispirtu Santu”.U dan sar – kif jikteb l-evanġelista Marku – wara ż-żwieġ ta’ Marija u Ġużeppi, imma “qabel ma marru jgħixu flimkien”.

Hekk, mela, il-fidi ta’ San Ġużepp kellha turi ruħha quddiem il-misteru tal-Inkarnazzjoni tal-Iben ta’ Alla.

Propju hemm Ġużeppi ta’ Nażzaret għadda mill-prova l-kbira tal-fidi tiegħu, bħalma hekk kien għaddiha Abraham.

U allura hemm Ġużeppi, “raġel ġust” emmen lil Alla bħala lil dak li “jsejjaħ għall-eżistenza l-ħwejjeġ li għadhom ma jeżistux”.

 Infatti, Alla nnifsu bil-qawwa tal-Ispirtu Santu, sejjaħ għall-eżistenza fil-ġuf tal-Verġni ta’ Nażżaret, Marija, għarusa mwegħda ta’ Ġużeppi, l-umanità li kienet propju tal-Iben uniġenitu ta’ Alla, il-Verb Etern tal-Missier.

Huwa, Alla dak li jsejjaħ għall-eżistenza l-ħwejjeġ li għadhom ma jeżistux.

U Ġużeppi ta’ Nażżaret emmen lil Alla. Emmen bħal ma darba waħda kien għamel Abraham.

Emmen meta Alla kellmu bil-kelma tal-Anġlu tal-Mulej. Dan il-kliem idoqq b’dan il-mod: “Ġużeppi, bin David, la tibżax tieħu miegħek lil Marija, l-għarusa tiegħek, għaliex dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu Santu. Hija twelled iben u int issemmih Ġesù; huwa infatti se jsalva l-poplu tiegħu minn dnubietu” (Mt 1,20-22).

Ġużeppi, li qabel “billi ma riedx ixandarha, iddeċieda li jibgħatha bil-moħbi” (Mt 1,19), issa “għamel kif kien amarlu l-Anġlu tal-Mulej” (Mt 1,24).

Ħa miegħu lil Marija – u lil Dak li kien tnissel fiha.

B’dan huwa wera lilu nnifsu bħala dixxendent veru ta’ Abraham skont il-fidi. Dixxendent privileġġjat.

Infatti ingħatalu li jsir ix-xhud l-iktar dirett tat-twettiq tal-wegħda mogħtija darba waħda lil Abraham u milqugħa permezz tal-fidi.

Dan “emmen waqt li ttama kontra kull tama” – u Ġużeppi emmen b’mod ugwali. Huwa ġie msejjaħ mil-leħen ta’ Alla, sabiex it-tama tas-salvazzjoni tkun tistà titwettaq fid-dinja.

4. Il-Knisja tgħix mill-wirt tal-fidi ta’ Abraham.

Il-Knisja twaqqfet u teżisti sabiex il-wegħda magħmula darba lil Abraham tkun tistà titwettaq fid-dinja. Il-Knisja torbot il-bidu tagħha – it-twettiq tat-tama fid-dinja – ukoll mal-fidi ta’ Ġużeppi ta’ Nażżaret.

Dak li jnebbaħ mill-figura kollha tiegħu hija l-fidi, il-veru wirt tal-fidi ta’ Abraham. Il-fidi tiegħu hija l-eqreb xebħ u analoġija mal-fidi ta’ Marija ta’ Nażżaret. It-tnejn li huma – Marija u Ġużeppi – huma magħqudin b’din ir-rabta meraviljuża. Quddiem il-bnedmin, ir-rabta tagħhom hija dik matrimonjali.

Quddiem Alla u l-Knisja, huma ż-żwieġ fl-Ispirtu Santu.

Permezz ta’ dan iż-żwieġ fil-fidi saru t-tnejn, Marija u maġembha Ġużeppi, ix-xhieda u l-amministraturi tal-misteru, li permezz tagħhom id-dinja maħluqa u b’mod speċjali l-qlub umani jsiru mill-ġdid għamara ta’ Alla l-Ħaj.

Ġużerppi ta’ Nażżaret huwa “raġel ġust”, għaliex “jgħix mill-fidi” b’mod assolut. Huwa qaddis, għaliex il-fidi tiegħu hija tassew erojka.

L-Iskrittura Mqaddsa titkellem ftit dwaru – kemmxejn iktar minn dak li naqraw fil-Liturġija tallum. Ma tirreġistra linqas kelma waħda li ppronunzja Ġużeppi, mastrudaxxa ta’ Nażzaret. U bdanakollu, ukoll mingħajr kliem, huwa juri l-profondità tal-fidi tiegħu, il-kobor tiegħu.

San Ġużepp huwa kbir bl-ispirtu. Huwa kbir fil-fidi, mhux għaliex jippronunzja kliem tiegħu, imma għaliex b’mod speċjali jismà il-kliem ta’ Alla l-Ħaj.

Jismà fis-skiet. U qalbu tippersevera bla taqtà fil-prontezza li jaċċetta l-Verità kontenuta fil-kelma ta’ Alla l-Ħaj. Biex jilqagħha u jwettaqha b’imħabba.

Għalhekk, Ġużeppi ta’ Nażżaret isir tassew xhud meraviljuż tal-Misteru Divin. Isir amministratur tat-Tabernaklu, li Alla għażel għalih fuq l-art biex iwettaq l-opra tas-salvazzjoni.

5. Waqt li llum b’qima u mħabba nħarsu lejn il-figura ta’ San Ġużepp, irridu f’din il-ħarsa inġeddu il-fidi tagħna propja. Ejjew naraw kif il-Kelma ta’ Alla l-Ħaj taqà b’mod profond fir-ruħ tal-Bniedem – ta’ dak il-Bniedem ġust.

U aħna, nafu nisimgħu l-Kelma ta’ Alla? Nafu nassorbuha bil-profondità tal-“jien” uman tagħna? Niftħu quddiem dan il-verb il-kuxjenza tagħna?

Jew inkella – bil-maqlub -nieqfu biss fuq il-wiċċ tal-Kelma ta’ Alla? Ma nippermettulhiex aċċess iktar profond għar-ruħ? Ma nilqgħux din il-Kelma fis-skiet tal-prontezza nterna, kif kien jagħmel Ġużeppi ta’ Nażżaret? Ma noħolqux il-kondizzjonijiet sabiex hi tkun tistà taġixxi gewwa fina u tagħmel il-frott?

Nisimgħu l-Kelma ta’ Alla? Kif nisimgħuha? Naqraw l-Iskrittura Mqaddsa? Nieħdu sehem fil-katekeżi?

Għandna tant bżonn tal-fidi!

Hija tant meħtieġa l-fidi għall-bniedem ta’ żminijietna, tal-epoka diffiċli tallum!

Hija tant meħtieġa fidi kbira!

Propju llum fidi kbira hija meħtieġa għall-bnedmin, għall-familji, għall-komunitajiet, għall-Knisja.

U huwa propjui biex tħajjijna għall-ħarsa matura tal-fidi fuq il-problemi tal-Knisja u tad-dinja kontemporanja li l-Providenza Divina tatna l-Konċilju Vatikan II, it-tagħlim tiegħu u l-orjentament tiegħu.

Hemm bżonn li issa, fil-komunitajiet individwali li huma wkoll il-Knejjes – talinqas fil-“Knejjes domestiċi” –, ix-xogħol jippersevera fuq l-assimilazzjoni ta’ dan it-tagħlim.

Hemm bżonn naqraw, hemm bżonn nisimgħu, u naċċettaw fis-skiet tal-prontezza nterna dik il-Kelma li l-Ispirtu Santu “jgħid lill-Knisja” ta’ żminijietna.

Naf li f’dan is-sens qiegħed jaħdem is-Sinodu dijoċeżan tal-Knisja f’Livorno.

Illum nirrakkomanda lil San Ġużepp il-frott ta’ tali xogħol.

6. “Ġużeppi, bin David, la tibżax tieħu miegħek lil Marija… għaliex dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu Santu (Mt 1,20).

Poplu ta’ Alla! Knisja Livorniża!

La tibżax tieħu, flimkien ma’ Ġużeppi ta’ Nażżaret, lil Marija. La tibżax tieħu lil Ġesù Kristu, Binha, f’ħajtek kollha.

La tibżax tieħdu b’fidi simili għall-fidi ta’ Ġużeppi.

La tibżax tieħdu taħt s-soqfa kollha ta’ djarek – hekk bħalma Ġużeppi laqà lil Ġesù taħt is-saqaf ta’ daru Nażżeritana. La tibżax tieħu lil Kristu fix-xogħol tiegħek ta’ kuljum.

La tibżax tieħdu fid-“dinja” tiegħek.

Hekk din id”dinja” tkun tassew “umana”. Issir dejjem iktar umana.

Infatti, l-Alla-Bniedem biss jistà jagħmel id-“dinja umana” tagħna għal kollox “umana”.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading