Ġwanni Pawlu II f’Rimini

Print Friendly, PDF & Email

VIŻTA PASTORALI F’SAN MARINO U RIMINI
QUDDIESA F’RIMINI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Rimini,
29 ta’ Awissu 1982

1. “Min jgħammar fit-tinda tiegħek? / Min jgħammar fuq il-muntanja qaddisa tiegħek?” (Sal 14 [15], 1) jistaqsi s-Salmista, fil-liturġija tallum, lil Alla ta’ Iżrael u Alla tal-patt.

U għat-tali domanda jirċievi din it-tweħġiba:
– Hekk hu, fuq il-muntanja qaddisa tiegħi jgħammar “Dak li jimxi bla ħtija, / jaġixxi b’ġustizzja u jitkellem b’mod lejali, / ma jikkalunjax bi lsienu” (Sal 14 [15], 2-3).

– Fuq il-muntanja mqaddsa, fit-tinda ta’ Alla jgħammar dak li “ma jagħmilx ħsara lill-proxxmu tiegħu / u ma jinsulentax lil ġaru. / F’għajnejh huwa vili l-kattiv, / imma jonora lil min jibżà mill-Mulej” (Sal 14 [15], 3-4).

– Fuq il-muntanja mqaddsa fit-tinda ta’ Alla jgħammar, fl-aħħarnett, dak li “Ukoll jekk jaħlef b’dannu għalih, ma jinbidilx; / li jislef il-flus bla ma  jagħmel użura / u ma jaċċettax Rigali kontra l-innoċenti. / Dak li jaġixxi b’dan il-mod – jikkonkludi s-Salmista – jibqà sod għal dejjem” (Sal 14 [15], 4-5).

Huma mela tnejn id-dimensjonijiet li bihom s-Salmista jiġġudika l-opri tal-bniedem: dimensjoni li tinsab fil-bniedem stess u hija l-kuxjenza, li permezz tal-leħen intern tfittex iċ-ċertezza tat-tajjeb u tal-ħażin. It-tieni dimensjoni hija f’Alla, u hija l-prospettiva tal-muntanja mqaddsa li fuqha jitlà kull bniedem iggwidat minnu bl-appell tal-kmandamenti u msejjaħ, fl-istess ħin, mil-leħen tal-kuxjenza. Jitlà skont ir-ritmu tal-opri denji u ġusti tiegħu. Fil-każ oppost jinżel fil-fond u mhrmmx post għalih fit-tinda mqaddsa ta’ Alla.

2. Hekk tkellimna lkoll, hawn miġbura, il-liturġija ta’ dan il-Ħadd. Hekk tkellem lill-abitanti tal-belt ta’ Rimini, tad-dijoċesijiet u tal-inħawi. Hekk ukoll tkellem lil dawk li ġew hawn minn partijiet differenti tal-Italja u minn pajjiżi differenti tal-Ewropa. Infatti Rimini hija ċentru turistiku magħruf sewwa, b’mod partikolari fis-Sajf

Is-Salm responsorjali tal-liturġija tallum isir hekk tislima partikolari, lil kulħadd u lil kull wieħed u waħda.

***
Merħba bih dak li jitlà fuq il-muntanja tal-Mulej!
Merħba bihom dawk kollha hawn miġbura għal din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika!.

Willkommen, wer hinauf will auf den heiligen Berg des Herrn!
Willkommen ihr alle, die ihr euch zu diesem Gottesdienst eingefunden habt!

***
Iva, din il-liturġija tindirizza ruħha lill-persuni, lill-familji tal-lingwa Franċiża, li qegħdin jivvjaġġaw jew jistrieħu f’dan ir-reġġjun ospitali, li huma milqugħa f’dan ir-reġġjun!.

Oui, cette liturgie s’adresse aux personnes, aux familles de langue française, en voyage ou en repos en cette région hospitalière, qui sont les bienvenus ici.

***
Barra minn dan insellem lill-viżitaturi tal-lingwa Ingliża preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni liturġika: jalla l-imħabba ta’ Alla tinżel fil-fond sewwa ta’ qlubkom!

I also greet the English-speaking visitors present at this liturgical celebration: may God’s love be poured into your hearts.

It-tislima tiegħi tmur b’imħabba partikolari għall-Isqof, Minsinjur Locatelli, għall-kleru, għar-reliġjużi rġiel u nisa u għall-operaturi pastorali: din tinfirex imbagħad b’rispett għall-Awtoritajiet ċivili u rrid inżid għal dawk kollha preżenti.

Kull wieħed u waħda minnkom, minn kwalunkwè parti li ġejtu, biex tieħdu sehem fl-Ewkaristija tal-lejla, iġġorru fikom minquxa b’mod profond dik l-istedina u dik is-sejħa li tmexxikom lejn il-muntanja mqaddsa, għad-Dar tal-Mulej.

Il-ħajja tgħaddi minn jum għal jum, bejn impenji u divertimenti differenti, bejn il-mistrieħ u l-kuntatt man-natura – hawn bil-baħar Adtijatiku sabiħ – . . . u din l-istedina, din is-sejħa b’mod kostanti titnaqqax fil-ġabra tal-eżistenza tagħna.

Din l-istedina għal-laqgħa ma’ Alla tgħaddi mill-intimità tal-bniedem, tidwi fil-kuxjenza tiegħu. Għal żmien il-bniedem jgħix flimkien magħha, b’mod iktar profond jifliha, isir iktar konxju li dik l-istedina għall-muntanja mqaddsa, għad-dar ta’ Alla, ma twasslux barra minnu nnifsu. Hija, infatti, tidentifika ruħha, b’mod iktar profond, ma’ dak li aħna kull wieħed u waħda minna u ma’ dak li miegħu, fl-aħħar minn l-aħħar, naspiraw.

Għalhekk, għeżież ħuti, insellmilkom skont din l-istedina. Niżżikom ħajr talli ġejtu. Jiena stess niġi hawn biex niltaqà magħkom, waqt li nsegwi l-passi tas-Salm liturġiku, u biex inwieġeb għall-istedina ta’ Alla li jopera f’kull wieħed u waħda minna.

Hemm bżonn li niltaqgħu, bħala nsara, fl-Ewkaristija. Ukoll jekk nafu lil xulxin hekk bil-ħarba, hemm bżonn li nagħrfu lilna nfusna b’mod ferm profond “fit-taqsim tal-ħobż” (Lq 24, 35).

3. “Infatti liema nazzjon kbir għandu d-divinità hekk qrib tiegħu, bħalma l-Mulej tagħna jkun qribna kull darba li nsejħulu?” (Dt 4, 7).

Tiċċelebra l-Ewkaristija jfisser: tixhed il-viċinanza ta’ Alla. Wieħed jistà jgħid: il-viċinanza penetranti ta’ Alla!

Dak li jgħammar fuq il-muntanja mqaddsa, Dak li lejh nippellegrinaw bl-eżistenza kollha tagħna, billi nobdu lill-kuxjenza tagħna u billi nwettqu l-opri ta’ ħajjitna, huwa, fl-istess ħin, qrib b’mod penetranti.

Huwa qrib bl-ikel tal-Hobż u tal-Imbid, li nirċievu b’fommna, biex nilqgħu, b’ruħna u b’qalbna, lilu, l-Alla l-Ħaj.

“U liema nazzjon kbir għandu liġijiet u regoli ġusti bħalma hi din il-leġislazzjoni li llum jien se nesponilkom?” (Dt 4, 8) jistaqsi Mosè lill-Iżraeliti pellegrini mill-iskjavitù tal-Eġittu lejn l-Art Imwegħda.

U bl-istess mod jistaqsi Kristu waqt li jindika l-Vanġelu tal-grazzja u tal-Imħabba: “Isimgħuni lkoll u ifhmu sewwa: mhemm xejn barra mill-bniedem li, waqt li tidħol fih, tistà tikkontaminah”.  . .Minflok “il-ħwejjeġ kollha viljakki joħorġu kollha minn ġewwa u jikkontaminaw lill-bniedem” (Mk 7, 14-15.23).

4. Hekk mela aħna mistednin biex nirriflettu mill-ġdid għal darb’oħra, fil-preżenza ta’ Alla li huwa qrib b’mod penetranti, dwar il-problema tat-tajjeb u tal-ħażin.

Jistà jkun li dan huwa kontra x-xewqat tagħna. Jistà jkun li ġejna f’dan il-post ta’ mistrieħ biex inkunu ‘l bogħod possibilment minn din il-problema, biex ninsew it-tajjeb, u b’mod partikolari l-ħażin li huwa fid-dinja u fina nfusna.

Madankollu l-bniedem ma jistà jaħrab lilu nnifsu fl-ebda parti. Ma jistax jissepara ruħu mid-dinja li, b’xi mod, kull wieħed u waħda minna niffurmaw.

Nistrieħu ma jfissirx ninfirdu minna nfusna. Anzi nistrieħu jfisser niltaqgħu magħna nfusna u nirrikonċiljaw ruħna mal-intimu tagħna nfusna. Hemm biss nistrieħu tassew.

L-istedina li tiġi minn Kristu, twassal għall-Ewkaristija. Quddiem l-Ewkaristija biss, waqt li nieħdu sehem fiha, nistgħu nimmeditaw dwar u l-kustjoni tat-tajjeb u tal-ħażin, mingħajr ma nċedu għall-umiljazzjoni, imma nissaħħu fit-tama.

5. Ejjew nirriflettu mill-ġdid, għal darb’oħra, b’attenzjoni ikbar, liema hija d-dinja li l-kelma tal-liturġija tiddisinja quddiemna f’dan il-Ħadd.

Iva. Hija d-dinja li fiha t-tajjeb huwa separate mill-ħażin, u huwa oppost, bir-rieda ta’ Alla stess.
Din ir-rieda kienet espressa fil-kliem ta’ Mosè, kif jgħidilna l-ewwel qari:
“Iżrael, ismà l-liġijiet u r-regoli li jien se ngħallimkom, sabiex tqegħduhom fil-prattika . . .

La żżidu xejn ma’ dak li jiena nikkmandakom u la tneħħu xejn . . .

Osservawhom . . . u qegħduhom fil-prattika sabiex dak ikun l-għaqal u l-intelliġenza tagħkom għal għajnejn il-popli . . .” (Dt 4, 1-2.6).

It-tajjeb oppost għall-ħażin, u l-ħażin għat-tajjeb, bir-rieda ta’ Alla nnifsu.

L-uniku post fid-dinja li fih dan il-kuntrast isir realtà sperimentabbli huwa l-intimu tal-bniedem.

Kristu jgħid: “Minn ġewwa infatti, jiġifieri mill-qalb tal-bnedmin, joħorġu l-intenzjonijiet ħżiena, prostituzzjonijiet, serq, omiċidji, adulterji . . .” u kompla jsemmi serje ta’ trasgressjonijiet u ta’ ħtijiet.

Il-bniedem mela huwa msejjaħ biex jiġġudika l-intimu tiegħu, biex jeżamina qalbu u biex jifforma fih innifsu kuxjenza matura.

Jekk il-bniedem huwa msejjaħ fuq il-muntanja mqaddsa, jekk inhu mistieden għall-Ewkaristija, allura f’din l-istedina hemm kontenut, fl-istess ħin, għalih appell biex janalizza l-intimu tiegħu bil-ħarsa tal-fidi u bid-dawl tal-Vanġelu.

Alla jinsab qrib b’mod hekk penetranti ta’ kull wieħed u waħda minna, sabiex f’kull wieħed u waħda minna il-ħażin jiġi sseparat mit-tajjeb u sabiex il-ħażin jiġi eradikat, sabiex it-tajjeb jissaħħaħ u jixħet għeruqu b’mod iktar profond.

6. Iva. Ir-realtà li tiġina proposta mill-kliem tal-liturġija tallum, hija d-dinja tat-tajjeb u tal-ħażin. Il-ħażin huwa kontrappost għat-tajjeb, it-tajjeb għall-ħażin. U dan kollu jseħħ fil-bniedem.

Madankollu l-liturġija tallum tipproklama, fl-istess ħin, il-primat tat-tajjeb.

Hekk hu, ejjew naqraw:
“Kull rigal tajjeb u kull don perfett jiġi minn fuq u jinżel mill-Missier tad-dawl, li fih la hemm varjazzjoni linqas dell ta’ bidla” (Ġc 1, 17).

Iva. F’Alla la hemm varjazzjoni u linqas bidla. Mhemmx il-kontraopposizzjoni tat-tajjeb u tal-ħażin.

Alla huwa t-Tajjeb stess.

Il-lituġija tallum mhux biss tistedinna biex nimmeditaw dwar il-kwistjoni tat-tajjeb u tal-ħażin li huma fil-bniedem u fid-dinja.

Din tistedinna biex inħarsu lejn ir-realtà kollha – dik tal-bniedem u dik tad- dinja – fid-dawl ta’ Alla!

Allura se tirrikonferma il-primat tat-tajjeb.

Infatti Alla huwa it-Tajjeb stess.

Alla huwa d-Don.

Hekk hu, “huwa ġġenerana għax ried hu b’kelma ta’ verità, sabiex aħna nkunu bħala prodott ewlieni tal-krejaturi tiegħu” (Ġk 1, 18).

Alla huwa Missier id-don.

U Alla huwa, f’dan id-don, Missier il-bniedem.

Hemm bżonn mela li nħarsu lejn il-bniedem u d-dinja li fiha l-bniedem jgħammar fid-dawl ta’ Alla.

7. Allura Jirrivelaw ruħhoom lilna għal kollox dawk ir-“riżorsi tal-bniedem” li dwarhom, tul il-kors tal-jiem imgħoddija, tant tkellmu dwarhom, propju hawn f’Rimini.

Kienet inizjattiva tassew opportuna, profondament konsistenti mal-kelma tal-Ewkaristija tallum. Fiż-żminijiet li donnhom iġorru fihom tensjoni li kull ma jmur tikber bejn it-tajjeb u l-ħażin, hemm bżonn li nħarsu lejn il-bniedem u d-dinja fix-xefaq tal-Primat tat-Tajjeb.

Hemm bżonn li tali ħarsa tikkomunika ruħha mhux biss għall-parteċipanti kollha tal-laqgħa ta’ Rimini, imma wkoll għal dawk kollha li issa qegħdin jieħdu sehem fl-Ewkaristija: għall-abitanti ta’ Rimini u għal dawk li jinsabu miġbura hawn.

Il-bniedem jistà jiffaċċja l-orrur tal-ħażin, anzi jistà jirbaħ il-ħażin biss billi jqawwi fih ix-xhieda tal-Primat tat-Tajjeb.

Ix-xhieda li jagħtina , darba għal dejjem, Kristu.

Fuq il-bażi ta’ din ix-xhieda jiżvelaw ruħhom ukoll riżorsi straordinarju tal-bniedem.

8. U għalhekk ippermettuli li nirrepeti għal darb’oħra fi tmiem din ir-riflessjoni, is-sentenza tal-ittra ta’ San Ġakbu Appostlu, li llum smajniha tinqara: “Ilqgħu bil-ħlewwa l-kelma li nżergħet fikom u li tistà ssalvalkom ruħkom . . .  Kunu minn dawk li jpoġġu fil-prattika l-kelma u mhux biss semmiegħa, billi tqarrqu bikom infuskom” (Ġk 1, 21-22).

Jalla l-istedina li lqajtu, tikkontribwixxi għat-tiġdid tar-“reliġjożità” tagħkom, kemm fis-sens “ontoloġiku” kif ukoll f’dak “etiku”. Skont il-kliem tal-istess Appostlu Ġakbu hija din ir-“reliġjon pura u mingħajr tebgħa quddiem Alla Missierna”. Din tesprimi ruħha fl-“għajnuna tal-iltiema u tar-romol fid-dwejjaq tagħhom”: hekk jikteb l-Appostlu Ġakbu (Ġk 1, 27). Kemm dwejjaq jeżistu fid-dinja tallum, u kemm huma dawk il-bnedmin, ħutna rġiel u nisa, li jġorru fuqhom il-piż ta’ dawn il-pieni!

Fl-aħħarnett, din ir-“reliġjon pura bla tebgħa” tistà tkun definita b’lingwaġġ modern: il-kristjaneżmu matur mill-punt di vista ontoloġiku u etiku, li jesprimi ruħu fli “nżommu ruħna puri minn din id-dinja” (Ġk 1, 27).

Allura, wieħed għandu jitkellem dwar il-biżà mid-dina, ħarba mid-dinja?

Le.

Huwa biss meħtieġ li nkunu konxji li l-Missier “għax ried hu ġġenerana bil- kelma tal-verità” (Ġk 1, 18).

U ġġenerana fid-dinja: “sabiex aħna nkunu bħala frott bikri tal-krejaturi tiegħu”.

Sabiex, f’dan il-ħolqien kollu, ukoll f’din id-dinja kontemporanja diffiċli, jġedded lilu nnifsu, permezz tal-fidi tagħna u tas-servizz tagħna, il-Primat tat-Tajjeb!

*****


Liebe Mitchristen deutscher Sprache! Die biblischen Texte der Eucharistiefeier, die uns hier versammelt hat, ließen mich über den Gegensatz zwischen Gut und Böse sprechen. Dieser ist im Urlaub genau so aktuell wie zukause. Denn nur in der Entschlossenheit zum Guten bin ich ganz ich selbst. Und in dieser Entschlossenheit erfahre ich Gott, der mich zum Guten verplichtet und der mir zum Guten hilft. In ihm sind wir stärker als alles Böse!

Għeżież ħuti tal-lingwa Tedeska! It-testi bibbliċi taċ-ċelebrazzjoni ewkaristika li ġabritna flimkien hawn jagħtuni l-okkażjoni li nitkellem dwar il-kuntrast bejn it-tajjeb u l-ħażin. Dan huwa attwali waqt vakanza bħal fid-dar. Għaliex fid-deċiżjoni biss għat-tajjeb jiena għal kollox jiena nnifsi. U f’din id-deċiżjoni jiena nagħmel esperjenza ta’ Alla li jimpenjani u jindirizzani biex nagħmel it-tajjeb. Fih aħna aktar b’saħħitna minn kull ħażin!

*****

Chers Frères et Sœurs, la Parole di Dieu s’adresse aujourd’hui à la conscience de chacun d’entre nous, pour nous faire désirer le bien, nous faire retrouver éventuellement le chemin du bien, nous convaincre que, avec l’aide de Dieu, le bien peut et doit l’emporter sur le mal. C’est la pratique du bien, connu par la conscience et la Parole de Dieu, qui fait la vraie religion, qui donne à l’homme sa dignité, sa maturité, qui le sauve et qui sauve le monde.

Għeżież ħuti, il-Kelma ta’ Alla tindirizza llum il-kuxjenza ta’ kull wieħed u waħda minna, biex iġġegħlna nixtiequ t-tajjeb, biex ġġegħlna eventwalment insibu mill-ġdid il-mixja tat-tajjeb, biex tikkonvinċina li, bl-għajnuna ta’ Alla, it-tajjeb jistà u għandu jirbaħ il-ħażin. Hija l-prattika tat-tajjeb, magħruf permezz tal-kuxjenza u tal-Kelma ta’ Alla, li tagħmel il-vera reliġjon, li tagħti lill-bniedem d-dinjità tiegħu, il-maturità tiegħu u li ssalva d-dinja.

* * *

Dear brothers and sisters, today’s liturgy brings us face to face with the good and evil in man’s heart. Strengthened by the Eucharist, we must take courage from the guarantee given in God’s word that good will conquer evil. What is at stake is man’s freedom, his dignity, his destiny. Let us be doers of the word, and not hearers only.

Għeżież ħuti, il-liturġija tallum iġġibna wiċċ imb wiċċ mat-tajjeb u l-ħażin preżenti fil-qalb tal-bniedem. Imsaħħa mill-Ewkaristija, hemm bżonn li nqawwu qalbna mill-wegħda preżenti fil-Kelma ta’ Alla li t-tajjeb se jirbaħ il-ħażin. Hemm fin-nofs il-libertà tal-bniedem, id-dinjità tiegħu, id-destin tiegħu. Aħna bennejja tal-kelma u mhux biss semmiegħa!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading