Ġwanni Pawlu II mal-Universitarji

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦALL-UNIVERSITARJI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħamis, 17 ta’ Marzu 1983 

Għeżież ħuti!

1. Ninsabu issa fin-nofs eżatt tar-Randan 1983. Minn hawn u ftit jiem oħra jibda il-Ġublew straordinarju tas-Sena Mqaddsa tar-Redenzjoni. F’dan il-waqt il-preżenza tagħkom fil-Bażilika ta’ San Pietru tassumi elokwenza partikolari. Insellem b’mod kordjali lil kulħadd; jiena grat lejn l-Onorevoli Franca Falcucci, Ministru tal-Istruzzjoni Pubblika, għall-preżenza tagħha; insellem lir-Retturi tad-diversi Universitajiet Taljani; insellem lill-professuri ġejjin il-biċċa l-kbira minn Ruma, imma wkoll minn Milan, minn Pavia u minn Brescia. Insellem lilkom għeżież studenti, waqt li nesprimilkom il-ferħ sinċier tiegħi li ninsab magħkom. Il-laqgħat tagħna matul il-korsa tar-Randan – l-istess bħal dawk tul il-korsa tal-Avvent – saru diġa prattika annwali. Nixtiequ b’dan il-mod inwieġbu għall-istedina, li dan iż-żmien liturġiku jindirizzana biex nitilqu mill-ewwel jum – jiġifieri mill-Erbgħa tal-Irmied.

Propju f’dak il-jum, fil-waqt tal-impożizzjoni tal-irmied, smajna l-kliem: “Ftakar li inti trab u trab trid terġà ssir” (cf. Ġen 3, 19) – imma wkoll il-kliem l-ieħor: “Ikkonverti u emmen fl-Evanġelju” (Mk 1, 15). Dan l-aħħar kliem sa ċertu piunt ikompli s-sinifikat sever tal-ewwel wieħed. Waqt li ngħixu fil-prospettiva tat-tmiem terrestri, hemm bżonn nużaw sewwa ż-żmien irregalat lilna. U l-użu tajjeb taż-żmien juri ruħu f’dak kollu li jservi għall-opra tal-konverżjoni. Għandna nikkonvertu dejjem mill-ġdid, u dejjem mill-ġdid hemm bżonn li “nemmnu fil-Vanġelu”. Dan jitlob il-bżonn ta’ katekeżi kontinwa, Ir-Randan huwa propju l-perijodu ta’ katekeżi partikolarment intensiva. Il-laqgħa tagħna f’dan it-tempju għandha turi dan.

2. Fil-katekeżi tar-Randan nagħmlu riferenza għall-qari bibbliku ta’ kuljum. Illum il-kliem tal-Vanġelu skont Ġwanni jintroduċina f’wieħed minn dawk il-waqtiet ta’ dak id-dibattitu, li Kristu kellu man-nies ta’ żmienu dwar l-awtentiċità tal-missjoni messjanika tiegħu. L-azzjoni sseħħ fuq l-isfond tal-fejqan ta’ raġel zopp fil-viċinasnzi tal-għadira ta’ Betzajda. Dan il-fejqan, imwettaq f’jum is-Sibt, qanqal rejazzjoni min-naħa ta’ dawk li kienu josservaw il-Liġi ta’ Mosè. Ġesù jiddefendi l-ġustezza tal-operat tiegħu, billi jsostni li f’dak tidher il-qawwa ta’ Alla nnifsu, li ma tistax tiġi limitata mill-ittra tal-Liġi. Propju din il-qawwa ta’ Alla nnifsu tirrendi xhieda lil Kristu.

“Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun ta’ min joqgħod fuqha. Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li x-xhieda li hu jagħti fuqi hija ta’ min jorbot fuqha” (Ġw 5, 31-32).

Alla l-Missier jagħti xhieda lil Kristu. Konferma tal-awtentiċità tal-missjoni messjanika tiegħu huma s-sinjali, bħal dan appena mwettaq, li jistgħu jkunu mwettqa bis bil-qawwa ta’ Alla.

Dan il-ġudizzju ta’ Alla nnifsu dwar Kristu sab diwi fidil fix-xhieda mogħtija dwaru minn Ġwanni l-Battista fl-inħawi tal-Ġordan: Kristu jfakkar dan lis-semmiegħa tiegħu, għaliex ilkoll kienu jżommu li Ġwanni kien profeta. Madankollu huwa jżid: “Iżda jien għandi xhieda ikbar minn dik ta’ Ġwanni: għax l-għemejjel li bagħatni ntemm Missieri, jiġifieri dawn l-istess għemejjel li jiena qiegħed nagħmel jixhdu għalija li kien il-Missier li bagħatni. U dak li jagħti xhieda fuqi huwa dak stess li bagħatni, il-Missier” (Ġw 5, 36-37).

3. Ninsabu eżatt fiċ-ċentru ta’ dak id-dibattitu li Ġesù ta’ Nażżaret kellu man-nies ta’ żmienu, rappreżentanti ta’ Iżrael. Propju huma, iktar minn kwalunkwè haġa oħra, setgħu jagħrfu fi Kristu x-xhieda ta’ Alla nnifsu. Infatti, kienu għal dan partikolarment imħejjija. Kristu jgħid: “Intom tistudjaw l-Iskrittura għax-tgħidu li fiha hemm il-ħajja ta’ dejjem; hemmhekk issibu x-xhieda fuqi u madankollu ma tridux tiġu għandi biex ikollkom il-ħajja” (Ġw 5, 39-40).

Ma tridux . . . Id-dibattitu, li Kristu jiżvolġi man-nies ta’ żmienu f’Iżrael, jirrigwarda l-wegħda li dak il-poplu magħżul kien irċieva fil-patt il-qadim: Kristu ġie bħala twettiq ta’ dik il-Wegħda. U hekk hu, ma ridux jilqgħuh.Mela, huwa jiddibatti magħhom, billi jirrikmandhom għall-awtorità li għalihom kienet l-ikbar: Mosè. Huwa jgħid: “Għax kieku kontu temmnu f’Mosè kontu temmnu fija wkoll, għax Mosè” fuqi kiteb” (Ġw 5, 46). U għalhekk żied: “Xejn la taħsbu li se nkun jien li nakkużakom quddiem il-Missier; dak li jakkużakom huwa Mosè, li fih qegħedtu t-tama tagħkom” (Ġw 5, 45).

Hekk, mela, żvolġa ruħu speċi ta’ argument. Dan għandu sa ċertu punt il-karatteristiċi ta’ process ġudizzjarju. Kristu jafda ruħu fuq ix-xhieda, Xhud huwa Mosè u t-Testment il-Qadim kollu sa Ġwanni l-Battista. Xhud hija l-Iskrittura u xhud hjija l-istennija kollha tal-Poplu magħżul. Imma, fuq kollox, xhud huma l-“opri” kollha li Kristu wettaq b’intervent tal-Missier. Quddiem din ix-xhieda, ix-xhieda tal-patt il-qadim, u b’mod speċjali Mosè, jassumu mill-ġdid karattru ġdid: jisilfu lilhom infushom fl-irwol ta’ akkużaturi. Donnhom jgħidu: għaliex ma tilqgħux lil Ġesù ta’ Nażżaret, meta tqisu li kollox jindika li propju hu huwa Dak li Alla bagħat b’konformi għall-Wegħda? B’din il-mistoqsija, dawk ix-xhieda iżda mhux biss jistaqsu, imma saħansitra jakkużaw!

4. Dwar xiex, madankollu, jiżvolġi ruħu dan l-argument? Huwa biss dwar l-awtentiċità soġġettiva tal-missjoni ta’ Ġesù ta’ Nażzaret bħala l-Messija mistenni? Bla ebda dubju iva. Iżda l-argumrent imur iktar fil-fond u l-liturġija tallum turina dan ukoll. L-argument jasal iktar fil-fond, u jirrigwarda l-istess kontenut messjaniku tal-missjoni ta’ Kristu. Din hi dak il-kontenut, li fih turi ruħha l-Verità sustanzjali tar-Rivelazzjoni. Infatti, il-kelma essenzjali tar-Rivelazzjoni hija Alla fl-istess Verità Divina tiegħu. “Rivelazzjon” jiġifieri tgħid li Alla jkellem lilna l-bnedmin dwaru stess. Li jikkomunika lilu nnifsu, b’mod ovvjament aċċessibbli lill-bnedmin, billi jaddotta ruħu għall-possibiltajiet u l-fakultajiet konoxxettivi tagħhom. Imma: jikkomunika lilu nnifsu. U jrid li l-bniedem jilqgħu tali kwali kif inhu. Li jaħseb dwaru bħala Dak li hu – Alla – huwa verament!

5. U propju fuq din il-Verità tal-istorja tar-Rivelazzjoni tiżvolġi ruħha l-kontroversja. Il-Liturġija tallum tmexxina qabelxejn fuq il-passi partikolari ta’ dan id-dibattitu diġa tal-patt il-qadim. Hawn hu l-waqt important: il-waqt li fih Mosè kien imsejjaħ quddiem il-Majjesta Divina biex jirċievi l-Kmandamenti. Fid-Dekalogu, Alla jippreżenta ruħu lill-Poplu magħżul bħala Mulej u Leġiżlatur, attent għal dak kollu li minnu hija magħmula l-ħajja u l-imġieba ta’ Iżrael. Il-Liġi Divina tal-Kmandamenti turi r-rieda ta’ Alla u, fl-istess ħin, l-iskop li jassikura l-ġid fundamentali tal-bniedem u tal-komunità umana. Naqrawhom wara tant sekoli, u dejjem naslu għall-istess konklużjoni. Il-Leġiżlatur juri ruħu fil-Liġi tiegħu bħala Mulej attent, Ragħaj u Missier tal-Poplu tiegħu  .

U, propju f’dan il-waqt sublimi, il-Poplu stordut minħabba l-assenza ta’ Mosè, mitluq għal riħu, jikkommetti d-dnub tal-idolatrija. Għall-post ta’ Alla li ma jidhirx . . . “għamlu għoġol tal-metal imdewweb, imbagħad inxteħtu minn tulhom quddiemu, offrewlu s-sagrifiċċji u qalu: Hawn hu Alla tagħna, Iżrael; dak li ħarġek mill-pajjiż tal-Eġittu”E (Es 32, 8).

Il-qari mill-Ktieb tal-Esodu huwa mimli b’tensjoni drammatika, Ninsabu fil-limiti tal-elezzjoni u tar-rifjut min-naħa tal-poplu magħżul. Fuq kollox, iżda, aħna xhieda ta’ kif Alla tar-Redenzjoni issielet mal-limitazzjoni tal-bnedmin, li fil-post tal- Mulej u Missier, Ragħaj u Leġiżlastur li ma jidhirx, iqegħdu divinità oħra u lesti li jadurawha. Fil-post tal-Assolut spiritwali – li huwa Għajn tal-eżistenza u tal-ħajja, tal-verità u tal-ġid – lesti  biex jibnu  x-xbiha sensibbli ta’ qawwa primittiva simbolizzata f’annimal.

6. Meta issa għaddew tant ġenerazzjonijiet miż-żminijiet ta’ Mosè u tar-Rivelazzjoni fuq il-Muntanja Sinaj, Ġesù Kristu jitkellem – skont it-test tal-Vanġelu ta’ Ġwanni – ma’ wlied il-Poplu magħżul, il-kontemporanji ta’ żmienu. U mhux hu biss jiddibatti magħhom dwar l-awtentiċità tal-missjoni messjanika propja. Mhux hu biss. F’Ġesù Kristu, l-istess Alla tar-Rivelazzjoni – li huwa il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu Santu – ikompli, sa ċertu punt u fi stadju ieħor, jissielet mal-bniedem, sabiex dan jaċċetta l-Verità Divina tar-Rivelazzjoni. Permezz tagħha huwa hu, sa ċertu punt, “mdawwar” b’mod iktar profond fid-Divinità tiegħu. U fl-istess ħin, permezz tal-komunikazzjoni ta’ dan il-Misteru definittiv, l-Alla tar-Rivelazzjoni huwa b’mod iktar wiesà “miftuħ” lejn l-bniedem u lejn id-dinja.

Huwa, infatti, hu dak l-Alla li “tant ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu uniġenitu, sabiex kull min jemmen fih ma jmutx, imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3, 16).

Hawn hu: dan Alla, Missier etern li jiġi lejn id-dinja u jkellem lill-bniedem fl-Iben Uniġenitu, jissielet fil-kliem ta’ Ġesù ta’ Nażżaret mal-bnedmin ta’ dak iż-żmien, sabiex jilqgħu l-verità dwaru! Sabiex dawk li diġa jemmnu li huwa hu, li hu Ħallieq, Leġiżlatur suprem u Mħallef ġust, jaċċettaw ukoll il-verità li hu huwa Missier, li fl-Iben Uniġenitu tiegħu jagħti lid-dinja Mħabbtu bla tarf: l-Imħabba li hija ħniena!

7. Fil-Liturġija tar-Randan tallum tal-Kelma ta’ Alla jiżvolġi ruħu, mela, dibattitu dwar il-kontenut messjaniku stess tal-missjoni ta’ Kristu. Għandna jewwilla nieqfu fuq dan? Għandna nagħrfu din ix-xorta ta’ ġlieda biss bħala ġrajja splendida li tappartieni għall-passat, hekk bħalma għal passat iktar remot tappartieni l-ġlieda ta’ Mosè mal-poplu, li tiegħu kien il-mexxej fid-deżert?

Le. Ma nistgħux nieqfu hawn. F’tali każ, ma nkunux qrajna sal-aħħar it-test liturġiku. It-test liturġiku dejjem jgħaddina mill-passat għaż-żmien preżenti. Il-Knisja taqrah, bħallikieku jirreferi kontemporanjament għalina: illum u hawn.

Infatti, Kristu jewwilla ma jiddiskutix – illum u hawn, jiġifieri fl-epoka tagħna, fil-ġenerazzjoni tagħna – mal-bniedem, ma’ kull wieħed u waħda minna b’mod differenti, dwar il-kontenut messjaniku tal-missjoni tiegħu? L-Alla tar-Rivelazzjoni forsi ma jiddiskutix fi Kristu, li “huwa l-istess ilbieraħ, illum u dejjem” (Lh 13, 8), ma’ kull bniedem dwar l-aċċettazzjoni tal-Verità kollha ta’ din ir-Rivelazzjoni? Ma jistenniex forsi b’mod kategoriku li l-bniedem jaħseb dwaru skont din il-Verità u li jipprofessah fiha?

8. Il-Liturġija tar-Randan hija sfida partikulari f’tali sens. Din tgħajjat il-profondità tar-relazzjoni tagħna ma’ Alla, tgħajjat l-intimità miegħu fil-verità, fil-verità kollha tar-Rivelazzjoni.

F’epoka, li fiha d-dinja donnha qiegħda tingħalaq fiha nfisha u l-bniedem jingħalaq fid-dinja, nbilli jaqtà l-eżistenza propja tiegħu mis-sorsi fundamentali tas-sens propju, Kristu donnu jgħid b’qawwa ġdida: “Jiena ġejt f’isem Missieri u intom mintomx tilqgħuni; jekk xi ħadd ieħor jiġi f’ismu propju, tilqgħuh. U kif tistgħu temmnu, intom li tieħdu l-glorja ta’ xulxin, u ma tfittxux il-glorja li tiġi biss minn Alla?” (Ġw 5, 43-44).

Hekk hu, għeżież ħuti, f’din il-meditazzjoni tar-Randan ejjew inmissu l-punti l-iktar profondi tar-rapport ma’ Alla f’Ġesù Kristu.

Ejjew nieqfu fuq dawn il-punti l-iktar profondi.
Ejjew ninfetħu għall-Verità tar-Rivelazzjoni Divina.
Ejjew nistqarru fis-Sagrament tal-Penitenza dnubietna.
Ejjew ningħaqdu ma’ Kristu fl-Ewkaristija.
Ejjew nidħlu fiż-żmien beatu tal-Għid.
Ejjew nibdew is-Sena Mqaddsa tar-Redenzjoni.

Amen.

Miġjub għall-Malti minnEmanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading