Ġwanni Pawlu II fi Pjazza Duomo, Milan

Print Friendly, PDF & Email

VIŻTA PASTORALE FIL-LOMBARDIJA
ADORAZZJONI EWKARISTIKA FI PJAZZA DUOMO
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Milan. Il-Ġimgħa, 20 ta’ Mejju 1983 

Għeżież ħuti.

1. Ġejt Milan biex nadura, flimkien magħkom, lil Kristu preżenti fl-Ewkaristija. Qabel ma tintemm l-għodwa tal-wasla tiegħi f’din il-metropoli, ma stajtx ma niqafx għal ftit waqtiet magħkom, fit-talb, quddiem is-Santissmu Sagrament, biex nitlob lill-Mulej biex il-Kungress Nazzjonali li issa wasal biex jintemm, jikkontribwixxi u jqawwi f’ruħna l-fidi u l-prattika tal-kult ewkaristiku u biex iferrxu u jerġà jħeġġu fost numru dejjem iktar wiesà ta’ ħutna.

Il-laqgħa tagħna takkwista sinifikat partikolari, minħabba l-post li fih li ninsabu; il-Katidral manifiku tagħkom, tassew innu ta’ glorja tal-arti nisranija, sinjal ħaj tal-fidi ewkaristika ta’ poplu, xhud u espressjoni ta’ sekli ta’ storja u ta’ ħniena tal-komunità dijoċesana, tempju distint li b’xi mod – kif kien qal il-predeċessur tiegħi Pawlu VI – “jiddefinixxi, jikkwalifika  l-belt, jipperpetwa l-intrapriżi l-iktar nobbli” (Pawlu VI, Allocutio ad Ven. Fabbrica del Duomo, 24 ta’ Novembru 1963).

Il-Knisja Katidrali hija l-qalb tad-dijoċesi. Ma kienx hemm mela post iktar dehen minn dan biex niltaqgħu, illejla, biex nitolbu quddiem l-Ewkaristija Mqaddsa, li intom adorajtu u rringrazzjajtu, faħħartu u għollejtu bħala qalb tal-Knisja.

2. Il-Koncilju Vatikan II enfasizzal-konnessjoni intima eżistenti bejn il-Knisja u l-misteru tal-Knisja. L-Ewkaristija hija l-qalb tal-Knisja, għaliex fiha “hemm miġbur il-ġid kollu spiritwali tal-Knisja, jiġifieri l-istess Kristu l-Għid tagħna u ħobż ħaj li, permezz ta’ ġismu ivvivifikat, jaġhti ħajja lill-bnedmin, li b’dan il-mod huma mistiedna u mħajra biex joffru flimkien miegħu lilhom infushom, xogħolhom u l-ħwejjeġ kollha maħluqa” (Presbyterorum Ordinis, 5).

L-Ewkaristija tikkostitwixxi l-ikbar don li Kristu offra u joffri b’mod permanenti lill-Għarusa tiegħu. Hija għerq u quċċata tal-ħajja nisranija u ta’ kull azzjoni tal-Knisja.

Fil-misteru ewkaristiku huwa Kristu nnifsu li jiġi offrut f’don mill-Missier. L-Ewkaristija hija l-glorifikazzjoni ta’ mħabbtu nfinta lejna. Flimkien ma’ Ġesù, magħmul l-ikel tagħna ta’ ħajja eterna, l-Ewkaristija tirregalalna l-Ispirtu tiegħu, li huwa Don per eċċellenza, prinċipju ġeneratur u santifikatur tal-Knisja, rabta tal-komunjoni fraterna, kostruttur u garanti tal-għaqda tal-varjetà tal-ministeri u tal-funzjonijiet partikulari fl-intern tal-Ġisem Mistiku.

3. L-Ewkaristija – kif jgħid is-slogan tal-Kungress tagħkom – hjaa “għaċ-ċentru tal-komunità u għall-missjoni tagħha”, minħabba li din hija don bla qies u li ma jitfissirx tal-imħabba tat-Trinità Qaddisa għall-unità, li b’dan il-mod tiġi salvata mill-mewt eterna tad-dnub u titgħolla għad-dinjità tal-filjolanza divina.

Il-misteru ewkaristiku mela jsejjes il-komunità fuq l-esiġenza u d-dmir ta’ att  perpetwu ta’ ringrazzjament lill-Missier, li fih jinġabar is-sens u l-valur tal-ħajja kollha personali u soċjali. Il-kelma “Ewkaristija” tfisser ringrazzjament, stqarrija ta’ rikonoxenza bla riservi. Huwa dan il-ġest li għandu jikkarettarizza lin-nisrani.

Tali atteġġjament ta’ gratitudni jidher ferm ‘il bogħod minn dak il-fatt  predominanti fl-eżistenza ta’ kuljum tagħna, spiss affaċċjat b’mod tqil ma dak li jonqos, ma dak li, mfittex b’mod iebes, imbagħad jiċħad l-istenniji u x-xewqat tagħna. Il-gratitudni b’dan il-mod tidher ferm ‘il bogħod mill-bini tal-kelma ewlenija u fundamentali, li madwarha u fuqha hija mibnija r-relazzjoni tagħna ma’ Alla u mal-komunità.

Il-bniedem li spiss jilmenta, il-bniedem li dejjem u biss jara dak li jonqos lil ħajtu, huwa l-bniedem li ma jafx jara l-eżistenza propja tiegħu bħala don ta’ Mħabba bla tarf, linqas ma jaf jilqà l-preżenza tat-tjubija divina fil-komunità li fiha jgħix. L-Ewkaristija Mqaddsa tgħallimna minflok niżżu ħajr, inpattu billi nagħtu bħal Melkisedek – kif għadna kemm qrajna – li “offra ħobż u mbid” (Ġen 14, 18) lil Alla l-Iktar Għoli. U l-qari l-ieħor ukoll, jekk noqogħdu nifluh sewwa, huwa kollu intestat fuq din l-etika tar-ringrazzjament, tad-donazzjoni, tal-offertà.

4.Hu minn din l-etika “ewkaristika” jiġifieri ta’ ringrazzjament, li jitqanqal ir-rapport ġust tagħna ma’ Alla u mal-komunità. Il-kult ewkaristiku iżda jgħallimna s-sigriet tar-rapport komunitarju: il-ferħ li minnu jgelgel jinsab iktar fl-għoti milli fli wieħed jirċievi (cf. At 20, 35), jinsab fl-għoti ta’ primazija lill-imħabba fil-konfront tal-ġustizzja, billi dak li jkun jitgħallem jirringrazzja wkoll meta jiġi mogħti dak li jmissu bis-saħħa tad-drittijiet tagħna. Dan jgħallimna li, meta nagħtu, nirċievu mingħand Alla iktar u aħjar minn dak li stajna nakkwistaw u nixtiequ skont il-pjanijiet tagħna jew il-pretensjonijiet tagħna.

L-etika tal-għoti, li toħroġ mill-kult ewkaristiku, tgħallimna l-fiduċja f’Alla, ukoll meta hu jħallina ftit fil-bżonn jew fid-diffikultà u tagħti lill-ispirtu tagħna paċi u sabar ukoll f’nofs it-tribulazzjonijiet. Fil-ħobż ewkaristiku, infatti, hemm miġbur il-Ġid kollu tal-Knisja, u dak kollu li nistgħu nixtiequ. Il-komunjoni ma’ Ġesù sagrament tirregalalna diġa minnufih il-grazzja u l-ħbiberija divina, ukoll f’nofs il-bżonnijiet preżenti, u ġġegħlna nittamaw fil-pussess tat-twettiq tal-ogħla aspirazzjonijiet tagħna.

 “L-imħabba lejn l-Ewkaristija tgħallimna wkoll l-iskala tal-valuri ġusta: li ma mqegħdux quddiem nett r-rieda tagħna u r-realtijajiet terreni, imma r-rieda ta’ Alla u l-ġid ċelesti. Infatti hija tgħallimna “ġuħ” li jmurr ‘il hemm minn dak tal-ikel materjali u mill-bżonnijiet sempliċement umani, ġuħ li jassumi l-primat tal-ispiritwalità u għalih jindirizzana bħal għall-ordni tassew suprema tar-realtà u tal-valur. Il-bniedem infatti ma jgħixx biss bil-ħobż, imma bil-Kelma li toħroġ minn fomm Alla (cf. Dt 8, 3-16).

5. Is-Sena Ġubilari tar-Redenzjoni tistedinna biex nipprofondixxu b’kompassjoni ikbar u b’sentiment ta’ gratitudni lill-Missier is-sinifikat tal-misteru ewkaristiku. Jalla dan isib f’bosta qlub il-post ġust, fid-dawl tan-natura ta’ xhieda l-iktar għolja tal-Imħabba tat-Trinità Qaddisa lejna.  Iqanqal dan dejjem iktar ħajjin u operanti sentimenti ta’ rikonoxxenza lil Alla u lill-komunità, billi nirrinunzjaw għal forom infertili ta’ sfiduċja u ta’ skuntentizza. Jgħallimna iktar l-importanza ta’ etika msejsa fuq l-imħabba, fuq il-ġenerożità, fuq il-fiduċja fil-persuna, fuq il-gratitudni. Ejjew nagħmlu mod li ħajjitna tkun tassew rendiment perpetwu ta’ grazzji (cf. Ef 5, 20; 1 Ts 5, 18; 2 Ts 2, 13). Jalla l-gratitudni ssir il-qawwa mexxejja tal-kondotta kollha tagħna lejn Alla u l-komunità.

L-Ewkaristija Mqaddsa ssejħilna għal opra kontinwa ta’ konverżjoni: jalla din is-Sena Mqaddsa tgħinna biex nisimgħu iktar il-messaġġ tagħha ta’ ħajja, biex tiddisponina aħjar ħalli ġġegħlna niffruttaw ir-riżorsi bla tarf ta’ grazzja, għal rivitalizzazzjoni tal-għaqda fraterna fil-komunità tal-Knisja u tal-bnedmin.


Imbagħad waqt li tlajja ftit mal-awtoritajiet tal-belt u tar-reġġjun, il-Qdusija Tiegħu indirizzalhom il-kliem li ġej:

Ma kien previst ebda diskors, imma ma jistax almenu jonqos dan il-ftit kliem. Hemm bżonn li nesprimi l-ferħ tiegħi li ninsab Milan, belt li fiha sibt ruħi bosta drabi fl-imgħoddi. Bħala Papa ninsab hawn għall-ewwel darba u, kif stajt nifhem mid-diversi diskorsi, ninsab hawn bħala l-ewwel Papa wara iktar minn ħames mitt sena. Nixtieq niżżi ħajr lil dawk kollha preżenti: jiena ferm onorat b’din il-preżenza. Inħossni profondament onorat bil-preżenza ta’ tant persuni distinti li jagħmlu parti  minn l-għola awtoritajiet amministrattivi, parlamentari, xjentifiċi, militari, ċittadini u reġġjonali. Irrid nawgura lil dawk kollha preżenti il-ġid kollu għall-ħajjithom personali u familjari, kif ukoll għat-twettiq tal-uffiċċji tagħhom, tal-impenji pubbliċi tagħhom ta’ mportanza kbira. “Nawgura”, tfisser ukoll li jiena nittrażmenti barka tal-Mulej, li tiegħu jien distributor. Imberikkom mill-qalb. U nirrakkomandakom għal tjubitkom, mhux biss waqt din iż-żjara f’Milan imma wkoll fil-jiem li ġejjin.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading