Sehemna fil-Bini tas-Soċjetà – Diskussjoni Pubblika

Is-Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qiegħed jorganizza laqgħa ta’ diskussjoni dwar “Sehemna fil-Bini tas-Soċjetà” kif espress fl-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet Maltin għar-Randan 2014.

Ser jieħdu sehem f’din id-diskussjoni l-Onorevoli Membri Parlamentari, Carmelo Abela,  David Agius, Charlo Bonnici,u Luciano Busutill flimkien mar-Reverendu Dun Joe Galea Curmi.  Ikun hemm ukoll ħin għal interventi mill-udjenza preżenti.

Il-laqgħa ser issir fil-Katekumenium, Triq il-Knisaj, Mosta, nhar il-Ħamis, 24 ta’ April 2014 bejn is-7.30 u d-9.00 ta’ filgħaxija.

Kulħadd huwa mistieden li jattendi.