L-Evanġelju tal-Erbgħa 11 ta’ April 2018

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 3, 16-21

Il-paradoss tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla li Alla ta mhux biex jikkundanna iżda biex ikun ikkundannat u bie xbil-kundanna tiegħu jikkonvinċi lil min irid jilqgħu biex miegħu jilqa’ l-fidwa. Il-bnedmin tad-dinja kollha jaqilgħu mingħand Alla d-don ta’ Ibnu biex il-kundanna tagħhom ma jeħduhiex huma iżda jeħodha hu minn rajh, u fit-twettiq tal-kundanna iwassal id-don tal-imħabba ta’ Alla li jifdi mhux jikkundanna, jeħles mhux jorbot, iqawwi mhux idgħajjef; fih minxur fuq is-salib hemm il-ħelsien għal min irid jersaq lejn Alla mill-ġdid, għal min irid jgħix ħajja ġdida, anke jekk hu tajjeb isir aħjar.

Quddiem din l-għotja trid tkun qalb veru xierfa li ma temminx fl-imħabba ta’ Alla, li tibqa’ tidubita, li tippretendi li l-qawwa tagħha hi biżżejjed biex iżżomm fiha dak kollu li mhux imħabba u tkompli tnissel il-firda minn mal-bnedmin l-oħra. Għalhekk il-ġudizzju ta’ min ma jemminx huwa ċar. Għax id-dawl ġie fid-dinja iżda jkun hemm min jippreferi d-dlam iktar mid-dawl bie xikompli jgħix il-gidba u jaħbi l-għemil ħażin tiegħu, mingħalih li għax jaħbi qed itaffi t-toqol tal-għemil ħażin tiegħu.

Min jaħbi għemilu fid-dlam hemm fih frustrazzjoni li ġġib il-kundanna tiegħu stess fuqu nnifsu, u għalhekk irid jgħix kontinwament fil-gidba li tnissel il-gideb u iktar gideb. L-għatx għall-verità li teħles jintefa bid-dlam tal-ħabi u l-qerq.

Iżda l-imħabba ta’ Alla hija ħafna aqwa minn dan kollu. L-Iben il-waħdieni mogħti b’imħabba u bħala mħabba fuq is-salib kien, għadu u jibqa’ sinjal ta’ tama għal min irid jittawwal fid-dawl tal-verità anke dwaru nnifsu.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading