Madwar tliet mitt kappillan minn madwar id-dinja nġabru f’Sacrofano, barra minn Ruma, għal laqgħa ddedikata għas-smigħ, it-talb u d-dixxerniment biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ kif tkun Knisja sinodali lokali fil-missjoni. Il-laqgħa ta’ ħamest ijiem se tinkludi diskussjonijiet li jilħqu l-qofol tagħhom nhar il-Ħamis, f’Udjenza mal-Papa Franġisku.

Organizzata mis-Segretarjat Ġenerali tas-Sinodu u d-Dikasteru għall-Kleru, b’kollaborazzjoni mad-Dikasteri għall-Evanġelizzazzjoni u għall-Knejjes Orjentali, l-Laqgħa Internazzjonali hija mmirata biex “tisma’ u tistma l-esperjenza li jgħixu l-kappillani fil-Knejjes lokali rispettivi tagħhom” u toffrilhom l-opportunità “li jesperjenzaw id-dinamiżmu tax-xogħol sinodali f’livell universali.”
Il-Laqgħa qed tiġi bi tweġiba għax-xewqa espressa mill-Isqfijiet Sinodali li “qed jiżvillupaw modi għal involviment aktar attiv tad-djakni, saċerdoti, u isqfijiet fil-proċess sinodali”, wara kritika li l-kappillani kienu notevolment assenti mill-Assemblea Ġenerali.
Fil-kumment tal-ftuħ tiegħu lis-saċerdoti miġbura, l-Kardinal Mario Grech, is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu qal, “Ma ġejtux hawn biex tirċievu xi tagħlim jew espożizzjoni dwar is-sinodalità”, imma “biex tgħidulna l-istorja tagħkom, għax l-istorja ta’ kull wieħed minnkom hija mportanti”. “Irridu nisimgħu l-istejjer tagħkom, irridu nisimgħu kif Ġesù għadu jaħdem sal-lum,” spjega l-Kardinal, u qal li l-ġranet f’Sacrofano huma dwar “il-qsim tal-istejjer, ngħinu lil xulxin naraw il-preżenza ta’ Alla fl-istejjer tagħna stess, nifhmu li l-providenza tiegħu għadha tikteb l-istorja tal-Knisja llum.”
Min-naħa tiegħu, l-Prefett tad-Dikasteru għall-Kleru, l-Kardinal Lazarus You Heung sik, enfasizza li l-Laqgħa mhix iffukata primarjament fuq it-taħdit, iżda fuq is-smigħ ta’ xulxin u tal-Ispirtu s-Santu. Huwa esprima t-tama tiegħu li dan l-approċċ, li diġà beda jagħti l-frott lokalment, “se jkun il-każ ukoll f’dawn il-jiem”, f’Sacrofano. Il-Kardinal You enfasizza l-ekkleżjoloġija tal-komunjoni tal-Konċilju Vatikan II fid-dimensjonijiet tal-misteru, l-komunjoni u l-missjoni, bill qal:
“Għad fadal ħafna x’niskopru f’dan il-mod tant vitali ta’ kid wieħed jikkonċepixxi u nkunu Knisja.”
Fl-aħħarnett, filwaqt li fakkar li “l-istil sinodali” għandu l-intenzjoni li “jinvolvi bis-sħiħ lill-imgħammdin kollha”, il-Prefett qal li jittama lis-servizz tar-rgħajja jista’ jagħti l-frott “biex il-komunitajiet parrokkjali tagħna jsiru postijiet fejn nesperjenzaw il-ferħ tal-Mulej Irxoxt jimxi magħna.”
Wara d-diskorsi ta’ introduzzjoni inizjali, l-Laqgħa tal-kappillani ffokat fuq it-tema tal-ewwel jum, “Il-wiċċ tal-Knisja Sinodali.” Matul il-jiem li ġejjin, is-saċerdoti se jkomplu l-konversazzjonijiet tagħhom, li jiffokaw fuq it-temi ta’ “Dixxipli Kollha Missjunarji” (t-Tlieta) u “Rabtiet ta’ Tagħlim, Bini ta’ Komunitajiet” (l-Erbgħa). Il-Laqgħa se tintemm nhar il-Ħamis b’ “laqgħa ta’ djalogu” mal-Papa Franġisku, segwita miċ-ċelebrazzjoni ta’ Quddiesa mal-Qdusija Tiegħu fil-Bażilika ta’ San Pietru.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2024-04/parish-priests-meet-to-share-experiences-of-synodality.html