Sentejn ilu inqatel Fr Jacques Hamel

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn 30 ta’ Lulju 2018: Sentejn ilu, ezattament fis-26 ta’ Lulju, 2016, żewġ żgħażagħ affiljati mal-grupp terroristiku tal-Istat Iżlamiku kienu ħanxru għonq Patri Jacques Hamel waqt li kien qed jiċċelebra l-quddiesa f’Saint-Etienne-du-Rouvray, fit-tramuntana ta’ Franza.  Hekk kien miet das-sċerdot manswet u twajjeb,li kien jaħdem ħafna għall-għaqda.

Fl-14 ta’ Settembru ta’ wara, fil-preżenza tal- familjari tas-saċerdot Hamel, pellegrini min-Normandija flimkien mal-isqof tagħhom mons. Dominique Lebrun, waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku kien fakkar lil dan il-martri modern.

Fid-djoċesi fejn kien jgħix das-saċerdot ta’ 86 sena, illum qed issir ċerimonja għall-paċi u l-fraternità, fil-preżenza tal-ministru tal-intern Franċiż Jacqueline Gourault  Hemm imħejjija wkoll għadd ta’ inizjattivi reliġjużi bir-reċita tar-Rużarju, u se ssir dimostrazzjoni silenzjuża u quddiesa ċelebrata minn mons. Lebrun

Fl-omelija ta’ sentejn ilu l-Papa kien qal li dan hu martri tal-Knisja tal-lum, wieħed fost il-ħafna li sfaw assassinati, torturati, mitfugħin il-ħabs għax ma riedux jiċħdu lil Ġesù Kristu., lista twila li nagħqad magħha Patri Jacques.

Biex tibda kawża ta’ beatifikazzjoni, normalment jgħaddu ħames snin mill-mewt, iżda fit-13 ta’ April, 2017, il-Papa Franġisku kien ta’ dispensa biex jinfetaħ il-proċess minnufih.

Patri Rebwar Audish Basa, saċerdot Kaldew afferma li  l-mibgħeda la qatt ittrijonfat u lanqas għad tittrijonfa.  Das-saċerdot mill-Iraq ra bosta minn sħabu jinqatlu fl-Iraq.  Huma għallmuni, ikkummenta Patri Rebwar li l-imħabba tirbaħ dejjem u l-martri huma persuni onesti li jimxu fit-triq tal-Mulej lesti li jagħtu ħajjithom għal ħuthom.

Il-kelma martri tfisser xhieda, issokta jgħid u ta’ kuljum għadd kbir ta’ nsara qed jitilfu ħajjithom bil-vjolenza fost l-indifferenza u s-skiet tal-komunità internazzjonali.  Patri Basa kompla jgħid li, kif kien afferma l-Papa sentejn ilu l-mibgħeda, tiġi minn fejn tiġi, dejjem ġejja mid-demonju u wissa, kif għamel bosta drabi l-Papa Franġisku, li għandna noqgħodu attenti minn min f’isem Alla jew ir-reliġjon biex ifassal proġetti personali, jilgħab bil-korruzzjoni u pjanijiet politiċi maħmuġin.  Għandna nitqabdu biex naraw li jkunu rispettati d-drittijiet umani anki tal-musulmani nfushom, osserva Patri Rebwar.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading