Il-Papa dwar il-futur fid-dawl tal-passat

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn 23 ta’ Lulju 2013: Wieħed ma jistax jifhem il-futur jekk ma jirriflettix fuq il-passat u fuq l-istorja u t-tradizzjonijiet li għaddewlna minn ġenerazzoni għall-oħra.

Dan qalu l-Papa Franġisku f’messaġġ reġistrat fuq vidjow li kien ippubblikat mill-Vatikan ftit jiem ilu, li ntbagħat lil għadd ta’ adolexxenti mill-Karibew li f’dawn il-jiem qed jiltaqgħu f’konferenza sponsorjata mill-Konferenza Episkopali tal-Antilles.

“Hu jekk tmorru fl-għeruq li ssibu s-saħħa biex tkomplu. Ħadd minna – la intom u anqas jien – ma sirna f’laboratorju; aħna għandna storja, għandna l-għeruq. U kulma nagħmlu, ir-riżultati li niksbu, l-affarijiet sbieħ li noħolqu fil-futur, kollox ġej minn dawn l-għeruq”, qal il-Papa fil-messaġġ tiegħu.

It-tema tal-konferenza qed tiffoka fuq kif il-familji fil-Karibew jistgħu jitbiddlu u jsiru konformi mal-“Amoris Laetitia,” l-eżortazzjoni apostolika tal-Papa Franġisku dwar iż-żwieġ u l-familja.

Fil-messaġġ tiegħu l-Papa wissa lill-adolexxenti mill-periklu li jsiru “żgħażagħ anzjani” li jsibu posthom u ma jkollhomx is-saħħa li jimxu ‘l quddiem u jibnu futur aħjar.

Rapport mill-kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading