Il-qaddejja huma dawk li f’idejhom Alla jafda t-teżori tiegħu

Minn Daniel Borg

“Ma nsejħilkomx aktar qaddejja . . . sejjaħtilkom ħbieb” (Ġw 15, 15)

Papa Franġisku jagħfas propju fuq dan il-vers tal-Vanġelu tal-Ħadd fir-Regina Caeli. Fil-Bibbja l-qaddejja huma dawk li f’idejhom Alla jafda t-teżori tiegħu, li lilhom jafda wkoll missjoni. Imma Alla fir-relazzjoni magħna jrid xi ħaġa ikbar, u għalhekk Ġesu jitkellem dwar il-ħbiberija. Sa minn tfulitna napprezzaw kemm il-ħbiberija hija esperjenza sabiħa. Il-Ktieb tal-Proverbji jgħid: “Il-fwieħa u l-inċens iferrħu l-qalb, u l-ħlewwa ta’ ħabib hena tar-ruħ” (Prov 27:9). Il-ħbiberija ta’ vera tikber bla mistenni meta nagħrfu fl-oħrajn xi ħaġa tagħna nfusna. Ħabib ta’ vera ma jabbandunakx, u jaħfirlek anke meta tiżbalja. Ġesu huwa ħabib ta’ veru. Hu jixtieqilna l-ġid u jixtieqna li nipparteċipaw mill-ġid tiegħu.

U fl-okkażżjoni tal-lum il-Papa ma setax ma jawgurawx lil ħutna l-Ortodossi, li qed jiċċelebraw l-Għid propju f’dan il-Ħadd l-Għid it-Tajjeb: Christos Anesti!

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0oSUQcVoCAxNqXBVsKQpx12d4LdPzbArDaRCxBngCdnF7WugBC9T69YHZJk6LVwMYl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading