L-Evanġelju tat-Tlieta 21 t’Awwissu 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 19, 23-30

Iż-żgħażugħ għani telaq imnikket u Ġesù tnikket għalih. Ħabbu u għażlu iżda kellu qalbu marbuta wisq mal-ġid li kellu, li, minħabba li kien żgħażugħ mhux bilfors kien tħabat għalih hu u jista’ jkun ukoll li l-ġid li kellu ma kienx tiegħu iżda ta’ missieru. Il-kilba għall-ġid materjali ġejja mill-istint tas-sopravivenza: naħdem biex ngħix, iżda mabagħad nibqa naħdem u nsorr għal għada u għall-għada tal-għada. Fl-aħħar isir rebgħa; iġġemma il-ġid mhux bie xtinqeda bih, iżda biex ikollok iżjed, il-ġid materjali fih innifsu. Continue reading “L-Evanġelju tat-Tlieta 21 t’Awwissu 2018”