Rispett sħiħ lejn l-għalliema u qatt kompliċi ta’ inġustizzja


It-Tlieta, 25 ta’ Settembru 2018: Messaġġ lill-istudenti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni ta’ sena skolastika ġdida.

Fil‑bidu ta’ sena skolastika ġdida nixtieq insellem u nawgura lill‑istudenti kollha.

Insellmilkom fil‑bidu ta’ sena oħra ta’ tagħlim, ta’ attività u ta’ esperjenzi flimkien. Nawguralkom biex fix‑xogħol tagħkom l‑ewwel nett turu għaqal, intelliġenza, paċenzja, imma fl‑istess ħin turu spirtu ta’ solidarjetà bejnietkom.

Ħudu ħsieb li tikbru fil‑ħbiberija ta’ bejnietkom; ħudu ħsieb li s‑sigħat tal‑lezzjonijiet ikunu mument ta’ formazzjoni fejn tikbru fl‑għaqal, fl‑għerf, imma wkoll fir‑rispett lejn xulxin, anke fir‑rispett lejn l‑għalliema tagħkom.

Importanti li tifhmu li min qiegħed jieħu ħsiebkom qed jagħmel hekk mhux biss għax imħallas jew għandu xi karriera, imma għax flimkien magħkom qed jipprova jagħti servizz lil pajjiżna bħalma intom ukoll qegħdin tagħtu servizz lis‑soċjetà billi tieħdu ħsieb il‑formazzjoni tagħkom.

Ħudu ħsieb xulxin. Jekk ikun hemm xi ħadd vittma tal‑bullying, importanti li inti tieqaf biex tiddefendih. Qatt tkun kompliċi ta’ inġustizzja! Fittex dejjem is‑sewwa biex il‑ħbiberiji li tgawdu jkunu mbierka, u jekk qed nitkellmu fuq il‑barka nixtieq ngħaddilkom suġġeriment: Ftakar fil‑Mulej, itolbu maħfra meta hemm bżonn, imma ftakar li jħobbok u qed ifittxek. Inti ħu ħsieb fittxu wkoll.

Nagħtikom mill‑qalb il‑barka pastorali tiegħi u nawguralkom ħafna.

✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.