Il-Papa jħeġġeġ għal Rużarju kuljum

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt 29 ta’ Settembru 2018: Komunikat li ħareġ mis-Santa Sede  proprju llum, festa tal-Arkanġli Mqaddsa. Fih, il-Papa qed jistieden lill-Knisja kollha biex tul ix-xahar t’Ottubru, nitolbu r-Rużarju kuljum. Barra minn hekk, ir-Rużarju għandu kuljum jintemm b’dawn iż-żewġ talbiet: 

SUB TUUM PRAESIDIUM 
Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,
Omm qaddisa ta’ Alla:
la twarrabx minn quddiemek
it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,
u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,
o Verġni glorjuża u mbierka.

TALBA LIL SAN MIKIEL
San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida. Kun inti l-għajnuna tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju. Irażżnu Alla nitolbuk bil-ħerqa! Inti l-aqwa fost il-qtajja’ tas-sema. Itfa’, bil-qawwa t’Alla, fil-qiegħ tal-infern, lix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħra, li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien tal-erwieħ. Ammen.

Tajjeb li dawn it-talbiet ngħallmuhom ukoll bil-mod lit-tfal. Ejjew ma nħallux weħidhom lill-Papa u lill-Knisja tagħna f’dawn il-mumenti. Nistedinkom taqraw ir-raġunijiet għal din l-istedina billi tagħfsu fuq dan il-link li jagħtikom il-komunikat tas-Santa Sede bl-Ingliż.

http://press.vatican.va/content/salastampa/en/bollettino/pubblico/2018/09/29/180929d.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading