Il-Papa jsellem liż-Żgħażagh fil-Jum Dinji tagħhom

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħadd 14 ta’ April 2019 – Ħadd il-Palm: Dalgħodu wara l-quddiesa u t-talba tal-Angelus, il-Papa Franġisku qal li f’dan il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ huwa ried isellem liż-żgħażagħ kollha li fakkru dan il-Jum.  Hu qalilhom …

“Insellem lilkom ilkoll li ħadtu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni u lil kull min hu magħqud magħna permezz tal-meżżi tal-komunikazzjoni.  Din it-tislima hija wkoll għaż-żgħażagħ kollha li llum, imdawwrin mal-Isqfijiet tagħhom, qed jiċċelebraw il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’kull djoċesi tad-dinja.”

Imbagħad il-Papa rrefera għall-Eżortazzjoni Appostolika post-sinodali li għadu kif ħareġ u kompla jgħidilhom, “Għeżież żagħażagħ nistedinkom li tagħmlu tagħkom u li tgħejxu fil-ħajja ta’ kuljum dak li hemm indikat  fl-Eżortazzjoni Appostolika ta’ m’ilux Christus vivit, frott tas-Sinodu li fih ħadu sehem ukoll bosta żgħażagħ tamparkom.  F’dan it-test, kull wieħed u waħda minnkom tistgħu ssibu suġġerimenti għammiela għall-ħajja personali tagħkom u għall-mixja tagħkom fit-tkabbir tal-fidi u s-servizz lejn l-aħwa.”

Imbagħad fi Pjazza San Pietru tqassmet kuruna tar-Rużarju lil dawk kollha preżenti u l-Papa Franġisku għamel appell liż-żgħażagħ u lill-kulħadd biex jitolbu r-Rużarju għall-paċi fid-dinja.

Huwa qal, “Fil-qafas ta’ dan il-Ħadd ridt noffri lilkom ilkoll miġburin fi Pjazza San Pietru, kuruna tar-Rużarju speċjali.  Dawn il-kuruni mill-injam taż-żebbuġ, inħadmu fl-Art Imqaddsa apposta għal-Laqgha taż-żgħażagħ fil-Panama, f’Jannar li għadda, u għall-Jum Dinji tal-lum.  Għalhekk inġedded l-appell tiegħi lil kulħadd biex titolbu r-Rużarju għall-paċi, b’mod partikolari fl-Art Imqaddsa u fil-Lvant Nofsani.”

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading