Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Awwissu 2019

Print Friendly, PDF & Email

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Awwissu 2019

D5Z_6015_21419112612.15567872108

It‑Tnejn, 5 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi Traslazzjoni Solenni lejlet il‑festa tas‑Salvatur, fil‑parroċċa ta’ Ħal Lija.

It‑Tlieta, 6 ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tas‑Salvatur, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

L‑Erbgħa, 14 ta’ Awwissu, fil‑5:00 p.m., lejlet il‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, Monsinjur Arċisqof imexxi l‑investitura tal‑kanonċi l‑ġodda tal‑Kapitlu Metropolitan, Traslazzjoni Solenni, l‑Ewwel Għasar u Quddiesa, fil‑Katidral ta’ San Pawl l‑Imdina.

Il‑Ħamis, 15 ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, fil‑Bażilika Minuri, il‑Mosta.

Il‑Ħadd 18 ta’ Awwissu, fis‑7:45 p.m., Monsinjur Arċisqof jiġi akkumpanjat mill‑Kapitlu tal‑Kolleġjata Elenjana fir‑repożizzjoni tar‑relikwa ta’ Santa Elena u wara jagħti l‑Barka Sagramentali fil‑Bażilika ta’ Santa Elena, Birkirkara.

Is‑Sibt, 31 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fin‑novena tal‑festa ta’ Marija Bambina, fil‑Knisja Arċipretali, in‑Naxxar.

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading