Messaġġ tal-Papa wara l-mewt tal-Kardinal Prospero Grech

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħamis 2 ta’ Jannar filgħodu fil-Bażilika tal-Vatikan ġie ċċelebrat il-Funeral tal-Kardinal Malti Prospero Grech, Djaknu ta’ Santa Maria Goretti.

It-teologu Agostinjan, professur emeritu ta’ bosta universitajiet, miet it-Tnejn li għadda, 30 ta’ Diċembru, f’Ruma, ftit jiem wara li għalaq erbgħa u disgħin sena. Fi tmiem il-liturġija, il-Papa Franġisku ppresieda r-rit tal-“Ultima Commendatio” u tal-“Valedictio”. Qabel dan, it-Tlieta 31, meta ġie mgħarraf b’aħbar il-mewt tal-Kardinal, il-Papa kien bagħat din it-telegramma lil Patri Alejandro Moral Antón, Prijur Ġenerali tal-Ordni ta’ Santu Wistin.

Fl-aħbar tat-tluq qaddis tal-meqjum Kardinal Prospero Grech, nixtieq nesprimi sentimenti ta’ sogħba lilek, lill-Ordni Agostinjan kollu u lill-familjari tal-għażiż Kardinal, li lejh dejjem kelli stima kbira kemm minħabba fix-xhieda personali tiegħu ta’ ħajja Nisranija u kkonsagrata, u kemm għas-servizz eżemplari tiegħu b’risq il-formazzjoni tal-ġenerazzjonijiet ġodda, speċjalment tas-saċerdoti. Jiena u niftakar fis-servizz twil u kompetenti li hu wettaq bħala professur f’diversi universitajiet Rumani, kif ukoll lis-Santa Sede, ngħolli t-talba tiegħi ta’ suffraġju biex il-Mulej jilqa’ lil ruħu fis-saltna eterna tad-dawl u tas-sliem u minn qalbi nibgħat lilek, lil ħutek u lil dawk kollha li qed jibku din it-telfa l-barka appostolika tiegħi.

Franciscus pp.

 L’Osservatore Romano, 2-3 ta’ Jannar 2020

Rapport għal-Laikos minn Francedsco Pio Attard

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading