Sussidju Kateketiku dwar Qaddisin u Beati tal-Karità

Print Friendly, PDF & Email

“U baqa’ miexi magħhom”

L-Uffiċċju Djakonija tad-Djoċesi ta’ Għawdex ippublika dan is-Sussidju Kateketiku sabiex ikun għajnuna ċkejkna f’idejn il-katekisti u hekk nerġgħu npoġġu l-figura u l-messaġġ tal-qaddisin fiċ-ċentru tal-katekeżi tat-tfal.

Is-sussidju jipproponi numru ta’ qaddisin kull xahar. Ma’ kull qaddis/a, hemm stampa li tista’ tiġi mogħtija l-kulur waqt it-tagħlim kateketiku.

Permezz ta’ dan is-sussidju, it-tfal jistgħu jsiru jafu aħjar, (a) is-sejħa għall-qdusija, (b) il-vanġelu tal-imħabba (jew tal-karità), (c) l-opri tal-ħniena, (d) il-ħajja tal-qaddisin li, fi kliem il-Papa Franġisku, huma ġirien tagħna,jagħmlulna l-qalb u jimxu magħna fit-triq tal-qdusija, (e) is-sejħa li huma għandhom biex, fl-esperjenza tagħhom, isiru dixxipli missjunarji.

Fl-istess waqt, hi tama tagħna li, bl-eżempju ta’ tant qaddisin “tal-karità”, il-komunità Nisranija titħeġġeġ fix-xewqa tas-solidarjetà u tal-impenn volontarju favur il-persuni mwarrba u vulnerabbli. Għalhekk, flimkien mal-katekeżi, nissuġġerixxu li darba kull tant it-tfal ikollhom mezz kif jagħmlu esperjenzi żgħar ta’ “volontarjat” adatt għall-età tagħhom.

Fid-daħla ta’ dan il-proġett tassew meħtieġ, Dun Giovann Curmi, f’isem l-Uffiċċju Djakonija tad-Djoċesi ta’ Għawdex jħeġġeġ lill-katekisti jibgħatu s-suġġerimenti u l-proposti tagħhom biex dan is-sussidju jkun jista’ jkun imtejjeb.

One thought on “Sussidju Kateketiku dwar Qaddisin u Beati tal-Karità”

  1. Dan il-ktejjeb huwa sussidju tajjeb hafna ghall-katekisti u ghall-genituri . Rigward tpingija daqxejn xettiku ghaliex donnu dejjem l-istess mod nghazlu ghat-tfal cioe` naghtuhom stampa biex ipingu u li hafna drabi tintrema ftit wara. Is-suggeriment tieghi huwa li ma` dan il-ktejjeb ikun hemm ukoll kif nistghu niccelebraw dawn il-Qaddisin. Per ezempju fil-festa ta` San Frangisk ikun hemm tberik t’annimali jew pjanti jew xi feature marbuta mal-ambjent. Nahseb li t-tfal (almenu tieghi zgur) jitghallmu aktar dwar il-qaddis/a jekk wara li jkollhom katakezi fuqu/fuqha jiccelebraw ukoll dan l-istess Qaddis/a kif semmejt fl-ezempju li tajt. Nitolbu ghal xulxin. Grazzi u sliem.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading