Insara persegwitati fi 3 minn kull 4 pajjiżi

Print Friendly, PDF & Email

Studju li għadu kemm ħareġ juri li l-Insara huma ppersegwitati f’aktar pajjiżi madwar id-dinja minn kwalunkwe grupp reliġjuż ieħor, b’restrizzjonijiet li laħqu livell rekord fl-2018. Iċ-Ċentru tar-Riċerka Pew irrapporta li 145 nazzjon kienu qed jippersegwitaw lill-Insara fl-2018 (madwar 3 minn 4 nazzjonijiet fuq wiċċ l-art) li dan kien l-ogħla livell ta’ kull żmien, b’139 nazzjon kiddew lil dawk li jipprattikaw l-Iżlam, segwit minn 88 pajjiż li ppersegwitaw lil dawk li jemmnu fil-Ġudajiżmu.

Matul l-aħħar għaxar snin, l-affarijiet marru għall-agħar għas-segwaċi ta’ Kristu madwar id-dinja. Ir-rapport Pew jispjega li “mill-ewwel sal-aħħar snin ta’ dan l-istudju (2007-2018), kien hemm żieda sostazjali fir-restrizzjonijiet tal-gvernijiet fuq ir-reliġjon, (bħal) liġijiet, policies, u azzjonijiet  minn uffiċjali li affettwaw it-twemmin u l-prattiċi reliġjużi”.

L-ogħla livell ta’ persekuzzjoni fid-dinja, skond l-istudju Pew, jinsab fl-Asja, madwar il-Lvant Nofsani, kif ukoll fl-Afrika ta’ Fuq. L-iktar pajjiż bl-ogħla livell ta’ persekuzzjoni hu ċ-Ċina, bl-Iran issegwih.

It-tama tagħna għall-Insara ppersegwitati hija fil-Mulej, il-ħallieq tas-smewwiet u tal-art. Fl-aħħar mill-aħħar nafu li Alla tagħna hu ħanin u ġust. Fl-istess hin, m’hemmx dubju li l-persekuzzjoni tan-nies ta’ fidi qed tkompli tinfirex. Il-ġlieda kontra din għandha tkun prijorità għall-gvernijiet kollha tad-dinja.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://christianpersecution.com/religious-freedom/christians-are-persecuted-in-more-countries-than-any-other-religious-group-3-of-4-nations-around-the-world/

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading