Omelija ta’ Ġwanni Pawlu II f’Quddiesa mal-Benedittini

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA KONĊELEBRATA. MA’ 460 ABBATI U PRIJURI BENEDETTINI

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Montecassino (Frosinone), 20 ta’ Settembru 1980

Meqjumin ħuti u għeżież uliedi.

Fix-xenarju  manifiku ta’ din il-Bażilika, irxuxtata b’mod mirakoluż mir-rovina tal-attakki tal-gwerra u kkonsagrata mill-ġdid mill-qatt minsi predeċessur tiegħi Pawlu VI, illum imfawra b’assemblea hekk għolja, jistà jkun li unika fl-istorja għalkemm millenarja tal-assinjani, b’ulied irġiel u nisa ta’ San Benedittu, quddiem qabru glorjuż, hawn madwar l-altar fejn illum qiegħed ikun ikkonċelebrat is-sagrifiċċju Ewkaristiku, kważi nirrealizzawh ħaj mill-ġdid, titlà spontanja fuq xuftejja l-għajta ferrieħsa ta’ Iżaija: O missier meqjum, erfà “in circuitu oculos tuos, et vide: omnes isti congregati sunt, venerunt tibi filii tui de longe venerunt, et filiae tuae de latere surrexerunt”(cf. Iż 49,18; 60,4).

Biex jiċċelebraw il-ġublew tiegħek, ġew minn kull parti tad-dinja, fil-ferħ biex jgħidulek il-fedeltà filjali tagħhom, biex jesprimulek il-voti tagħhom, biex jitolbu l-barka fertili tiegħek f’komunjoni viżibbli u ferm mixtieqa flimkien mas-suċċessur ta’ Pietru. U dan jinsab kuntent li huwa hawn magħhom, biex jurik, patrijarka, għal tant ksur ta’ sekli, ta’ miljuni ta’ rħieb, l-istima u l-imħabba li l-Knisja kollha tipprofessa lejk,  awtur bi pjan u grazzja ta’ Alla, ta’ ammont li ma jitkejjilx ta’ ċiviltà, ta’ kultura u fuq kollox ta’ qdusija.

Ħajtek għalkemm imwettqa fil-limitu ristrett ta’ reġġjun wieħed, kienet meraviljuża minħabba l-virtù u l-għeġubijiet; imma l-azzjoni tal-messaġġ tiegħek rinfreskanti infirex mal-Ewropa kollha u mad-dinja kollha, sakemm laħaq il-jiem tagħna, permezz ta’ dak iċ-ċkejken, imma ferm kbir ktieb, iddestinat biex isir “fermentum divinae justitiae” għat-tibdil nisrani tal-moltitudni li Alla, bħal ma diġa għal Abraham, kien ħejjielek bħala wirt impareġġabbli.

Huwa tassew grat u kommoventi għalija, u għal dawk kollha hawn preżenti, naħsbu li f’dan il-monasteru, f’rokna ferm ċkejkna oskura li wkoll il-gwerra rrispettat inkiteb dak il-ktieb, ir-Regola tiegħek: bħal ma tfakkar hemm isfel l-iskrizzjoni lapidarja, “hic scripsit Regulam, et verbo et opere docuit”.

Venerabbli abatijiet, għeżież uliedi rġiel u nisa ta’ missier u leġislatur hekk kbir: f’din il-laqgħa li nistgħu niddefinuha eċċezzjonali u fdin il-quċċata taċ-ċelebrazzjonijiet ċentinarji tat-twelid tiegħu, għal dak il-ktieb hemm bżonn li nduru u minnu nitilqu għall-bini mill-ġdid morali u reliġjuż li jolqotna b’mod l-iktar urġenti u li b’għaġġla għandna nagħtu lid-dinja. L-ittra apostolika l-iktar riċenti tiegħi “Sanctorum Altrix”, riedet tipproponi kważi f’viżjoni panoramika, kemm b’mod vitali u fertili għadhom jistgħu joffru t-tagħlim u l-istruzzjoni ta’ Benedittu, mhux biss għall-ħajja ta’ perfezzjoni monastika, imma wkoll għat-twelid u għat-tisħiħ tas-sens u tal-prattika li jispiraw għall-Vanġelu.

Bi pjaċir immens naf imbagħad li, b’tifkira denja taċ-ċentinarju, intom qegħdin tiċċelebraw f’Ruma, qalb tal-kristjanità, “simposju” oriġinali appuntu dwar ir-Regola, bl-iskop nobbli li tosservaw u li tiskopru, wara l-bosta studji riċenti u fuq il-bażi ta’ esperjenzi diġa mwettqa jew qegħdin jitwettqu, dak li għadu validu u qawwi li hi għadha tippossiedi, liema huma l-istrutturi qawwija u ma jinkisrux li għandhom jirreżistu u dawk l-aċċessorji li l-evoluzzjoni taż-żminijiet irrendiet u qiegħda tirrendi dekadenti, liema huma l-valuri mandatorji li magħhom għandhom jaqblu b’mod tenaċi fil-monasteri sabiex ikunu jistgħu ikomplu jagħrfuhom bħala mdaħħla b’mod serju fil-mezzi ta’ informazzjoni tal-familja benedittina.

Meritatament, kif jiġri fil-ħsieb u l-prassi kollha tallum, tħossu l-bżonn, intom b’mod speċjali li intom ir-rgħajja tal-komunità, li tkun ċara sewwa l-identità ta’ iben u dixxipli ta Benedittu. “Scientibus loquor”: intom li tant drabi qrajtu u mmeditajtu fit-tul ir-Regola tagħkom, tafu tajjeb dak li permezz tagħha, li minnha m’għandkomx “temere declinetur a quoquam” (S. Benedetto, Regula, 3,7), il-patriarka irid jibni u fl-istess ħin jgħallem.

Irid jibni, bħal ma hu magħruf sewwa, id-“dominici schola servitii” (S. Benedetto, Regula, Prol., 45).

L-identità tagħkom tinsab f’dan is-servizz assolut u totali għall-valur assolut li huwa Alla. Id-dinja kollha hija f’Alla; imma l-monasteru, kif Benedittu jħobb jiddefinih, huwa “domus Dei” (S. Benedetto, Regula, 31,19) b’mod [partikolari: ir-raħeb qiegħed hemm biex iservi lill-Mulej ta’ din id-dar, fl-umiltà, fl-ubbidjenza, fit-talb, fis-silenzju, fix-xogħol, b’mod speċjali fil-karità. Tafu l-aċċent speċjali li bih il-leġislatur tagħkom jindika din il-virtù, fis-segwitu ta’ Kristu, bħala nformatriċi tal-ħajja kollha monastika. Il-kapitolu tal-istrumenti tal-opri tajba jammonikom li fir-realtà l-axxetika u l-mistika benedittini huma sempliċement evanġeliċi, ta’ Vanġelu aċċettat u pprattikat fil-konsegwenzi kollha tagħhom.

Milqugħa din l-identità, hawn huma l-intenzjoni u l-imħabba, hija wkoll hekk mifruxa, tal-awtentiċità. Mill-benedittini huwa dan li rrid jien, dan li jridu dawk kollha fil-Knisja u fid-dinja:  inkluż dak li hu r-raħeb tal-“mens” tal-patrijarka, aħna verament irħieb “revera” (jgħid hu stress) fittiexa ta’ Alla, maħbubin ta’ Alla, ferħana li ngħixu maqtugħa mid-dinja, imma f’komunjoni ta’ mħabba ma’ ħutna tad-dinja f’kuntest familjari ta’ ubbidjenza u ta’ karità, li minnha jitnisslu l-paċi u l-ferħ: “nemo perturbetur neque contristetur in domo Dei” (S. Benedetto, Regula, 31,19).

Tradizzjoni twila ħafna ħafna u ininterrotta, l-itwal li tistà tavviċina għal dik stess tal-Knisja, ittestjat fuq li ttestjat in-nobiltà, is-sbuħija, il-fertilità tal-ispiritwalità benedittina. Kunu b’mod qaddis imkabbrin, u komplu, għalkemm bi djun u adattament kawti maċ-ċirkustanzi mibdula tallum, fuq il-medda ndikata mill-missier antik u mill-missirijiet tat-tradizzjoni tagħkom, mingħajr ma tħallu lilkom infuskom tkunu sorpriżi jew imħajra minn tendenzi għad-desekulariżmu, minn innovazzjonijiet irraġonevoli u xejn meħtieġa, minn tejoriji ta’ pluraliżmu esaġerati, li jispiċċaw  iġegħlukom tiddevjaw mil-linja tal-leġislatur tagħkom. Kien innutat li waħda mid-doti ewlenin tar-Regola hija iċ-ċarezza: kollha tistgħu faċilment tifhmu u tkunu tafu x’jordna u x’jirrakkomanda l-imgħallem il-kbir: ma jonqosx għajr li nsegwuh umilment u bil-ħlewwa u bil-ferh.

Komplu mela bil-barka ta’ Alla, bit-tbissima materna ta’ Marija reġina tal-irħieb, bil-patroċinju tal-leġislatur tagħkom, bil-messaġġ ta’ kelmtu interpretata mit-tradizzjoni b’saħħitha u tradotta fl-eżempju fidil tagħkom, biex nerġa ntennilkom, illum u għada, il-qawwa tal-fidi, id-dmir ħelu tat-talb, l-imħabba entużjasta għal-liturġija, il-benefiċċju tal-awtorità u tal-ubbidjenza, il-kult tal-“lectio divina” u tal-istudji sagri kollha, il-ħlewwa tal-kant gregorjan tagħkom, id-dedikazzjoni volontarja għax-xogħol tal-moħħ u tal-idejn, id-dinjità fl-istess dekor estern tal-atteġġjamenti u fl-ilbies reliġjuż, il-ferħ tal-ħajja fil-komun, u fuq kollox ir-riċerka sinċiera tal-paċi u tal-karità.

Imma f’din il-laqgħa singulari u konsolanti mal-abatijiet u s-superjuri benedittini kollha hija tassew għalija ħaġa ħelwa, u jidhirli li huwa dmiri, li naċċenna għal dak li diġa fakkart fl-imsemmija ittra apostolika dwar it-timbru patern karatteristiku li l-leġislatur tagħkom jistampa fuq it-tmexxija abbazzjali. Intom superjuri, amministraturi, għalliema, imma fuq kollox missirijiet. F’din id-dinja “mingħajr missirijiet”, bħal ma fakkartha (cf. Ġwanni Pawlu II, Sanctorum Altrix, VI), hemm bżonn toffru x-xhieda li San Benedittu ħaseb biex jikkostitwixxi l-monasteru tiegħu bħala soċjetà familjari, fejn hemm missier li jipprovdi, jgħallem, u b’mod ewlieni jħobb l-irħieb tiegħu, jirrispettahom, jistma d-dinjità personali, jagħmilhom korresponsabbli tad-deċiżjonijiet, isegwihom b’imħabba li wkoll ikollha is-sensibiltà tal-qalb materna.

Għalikom hija norma l-“plus amari quam timeri” (S. Benedetto, Regula, 64,15), u ż-żewġ kapitli allokati għad-direttorju tagħkom – jiġifieri l-kapitlu 2 u l-kapitlu 64 – , u b’mod speċjali l-manifiku k. 64, imfawwar tassew minn ruħ għanja bil-għerf u bl-imħabba, dawn huma l-“magna charta” li għandha tmexxi u tispira l-imġieba tagħkom. Imma hija r-Regola kollha li titkellem dwarkom, biex  iddaħħal fikom għaqal, prudenza, inflessibiltà kontra l-vizzji, promozzjoni tal-virtù, ħniena għad-dgħajfa, u fuq kollox dik id-“discretion” Rumana u nisranija li kontratiddisingwi il-kodiċi eminenti u tikkostitwixxi forsi r-raġuni  ewlenija tal-firxa u l-validità tagħha. L-Ekwilibriju tal-abati jiġġenera u jitmà l-imħabba reċiproka bejn abati u wlied u bejn aħwa u aħwa. Fid-dinja tagħna, fejn l-iskarsezza tal-imħabba tiżvojta l-erwieħ mill-enerġija u l-ferħ, in-nies taf u tara, minħabba s-sagrifiċċju ġeneruż tagħkom, li l-monasteru huwa soċjetà ta’ mħabba spiritwali umana u soprannaturali awtentika.

Fl-aħħarnett nixtieq nindirizza tislima speċjali lill-friegħi kollha femminili, li wħud minnhom jinsabu hawn rappreżentati wkoll uffiċjalment. Wara l-mogħdija ta’ dawl u l-fwieħa tal- virtù ta’ Skolastika, li hawn stess tistrieħ maġemb ħuha, il-preżenza purissma u verġinali tagħkom, o wlied ilkoll ta’ San Benedittu, ferrħu u edifikaw lill-Poplu ta’ Alla. Fis-silenzju tal- ħabi tagħkom jew fl-umiltà tal-opri tagħkom, intom b’mod partikolari tirriproduċu, u għandkom jistenniekom b’konvinzjoni, l-atteġġjament tal-Verġni Marija, kuntenta li tkun l-“ancilla Domini”,għal-kollox disponibbli għar-rieda biss tal-Missier ċelesti. “Frondete, flores, quasi lilium et date odorem, et frondete in gratiam” (Sir 39,19), u għall-ferħ u l-benefiċċju tal-aħwa kollha tad-dinja kantaw lill-Mulej l-ktar tifħir kast u lil Kristu veru għarus l-eżultanza tal-intimità ta’ mħabba tagħkom.

Missirijiet u aħwa rġiel u nisa kollha, “gaudeamus” mela b’ferħ immens, “diem festum celebrantes in honorem beati Benedetto”, li bil-glorja tiegħu jifirħu l-anġli u l-qaddisin, li bid-duttrina u l-istituzzjoni tiegħu jibbenefikaw f’din l-art bosta eluf ta’ erwieħ ġewwa u barra l-monasteri, li bl-eżempju u l-patroċinju tiegħu tibbenefika l-Knisja u d-dinja kollha. Għadu jidwi leħnu: “Christo nihil omnino praeponere” (S. Benedetto, Regula, 72,11).Dan huwa l-messaġġ tiegħu, fundamentali u jekk il-ħolma sabiħa tiegħu hija li l-membri kollha tal-familja monastika jkunu fil-paċi, dik il-ħolma tkun realtà feliċi għall-familja umana kollha jekk fil-kuntest tagħha jkun finalment imdaħħal Kristu.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading