Omelija fiċ-ċentinarju tal-Assoċjazzjoni Santa Ċeċilja

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦAĊ-ĊENTINARJU TAL-FONDAZZJONI. TAL-ASSOCJAZZJONI TALJANA SANTA ĊEĊILJA

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Bażilka ta’ San Pietru, 21 ta’ Settembru 1980

“Faħħru, qaddejja tal-Mulej, / faħħru isem il-Mulej. / Ikun imbierek isem il-Mulej, / issa u dejjem!” (Sal 112[113],1ss).

1. Dan il-kliem tas-Salm responsorjali tal-liturġija ta’ dan il-Ħadd jadatta ruħu b’mod perfett għas-sentimenti tagħkom, għeżież ħuti rġiel u nisa tal-“Assoċjazzjoni Taljana Santa Ċeċilja”, li bl-eluf iltqajtu f’Ruma, fiċ-ċentru tal-kattoliċeżmu, fuq il-qabar tal-Prinċep tal-Appostli, biex tfaħħru u biex tbierku isem il-Mulej bil-faxxinu armonjuż tal-kant tagħkom, li f’din il-Bażilika meraviljuża jogħla bħal talb adoranti lil Alla.

Intom ridtu tiċcelebraw, b’mod sollenni u sinifikattiv, data fundamentali għall-ħajja tal-Assoċjazzjoni tagħkom, li propju f’dawn il-jiem għalqet il-mitt sena ta’ ħajjitha! Data din li turi mhux tant l-anzjanità u l-atrofija ta’ dan l-organiżmu, imma, bil-maqlub, turi l-vitalità sorprendenti, li tagħha hija garanzija ferrieħa il-preżenza tagħkom, li trid tkun affermazzjoni ta’ ħajja, ta’ ferħ, ta’ tama, ta’ fidi nisranija, u wkoll proklamazzjoni ta’ fiduċja u ta’ mħabba lejn il-mużika “sagra”, li għaliha ddedikajtu, u se tkomplu tiddedikaw parti, forsi l-aħjar, l-iktar entużjasta, ta’ ħinkom, tal-interessi tagħkom, tal-enerġiji tagħkom!

Fl-imbiegħed 4 ta’ Settembru 1880 f’Milan kien iltaqà l-ewwel Kungress Nazzjonali Ċeċiljan: hekk twieldet l-Assoċjazzjoni tagħkom, li kellha tlaqqà, għas-servizz tal-Episkopat Taljan, lil dawk kollha li kellhom għal qalbhom il-mużika “sagra”. Imma, fid-dati, nistgħu nmorru iktar lura: il-vera oriġini tal-Assoċjazzjoni Taljana Santa  Ċeċilja” nistgħu nagħmluha tmur lura għas-sena 1584, meta f’Ruma twaqqfet il-“Kongregazzjoni tas’ Santa Ċeċilja”, approvata minn Sistu V fl-1585’ Ukoll il-kbir Giovanni Pier Luigi da Palestrina kien jagħmel parti minn dik il-Kongregazzjoni, li damet sas-seklu XVIII. Fis-seklu XIX reġgħet ħadet il-ħajja, billi nqasmet f’żewġ friegħi, għall-mużika “profana” bl-isem ta’ “Akkademja Statali ta’ Santa Ċeċilja”; u għall-miżika “sagra” bl-isem ta’ “Assoċjazzjoni Taljana Santa Ċeċilja”. L-imħabba u l-istima, li l-Predeċessuri tiegħi, b’mod psartikolari San Pijiu X u Pawlu VI, kellhom għall-Assoċjazzjoni tagħkom magħrufin, bħal ma hu nagħruf li hi kellha fost il-membri l-iktar Kompożituri, Surmastrijiet, Diretturi  ikkwalifikati tal-Katidrali u tal-Knejjes tal-Italja.

2. Intom, għeżież ħuti, intom imkabbrin li tappartienu lil Assozzjazzjoni, li għandha bħala għan ewlieni dak li tippromwovi l-mużika “sagra” awtentika; b’dan stess intom tinserixxu ruħkom b’mod koxjenti fit-tradizzjoni plurisekolari tal-Knisja, li, fl-għoti lis-Santissima Trinità Il-kult, inqdiet bil-mużika u bil-kant biex tesprimi l-iktar sentimenti reliġjużi profondi tan-nisrani: l-adorazzjoni, ir-ringrazzjament, is-supplika, l-interċessjoni, id-dulur, l-impuls spiritwali. Għal dan, il-Konċilju Vatikan II setà jiddikjara li l-“kant sagru, magħqud mal-kliem, huwa parti meħtieġa u integra tal-Liturġija sollenni”, u li “il-Mużika sagra se tkun tant iktar qaddisa daqs kemm b’mod strett aktar magħquda mal-azzjoni liturġika kemm waqt li tesprimi b’mod ħelu it-talb u waqt li tiffavorixxi l-unanimità, kif ukoll waqt li tarrikkixxi b’sollennità ikbar ir-riti sagri” (Sacrosanctum Concilium, 112).

Għaddew kważi 80 sena mill-Motu Proprio “Inter Pastoralis Officii”, maħruġ minn San Piju X fit-22 ta’ Novembru 1903, f’perijodu diffiċli minħabba l-kondizzjonijiet tal-mużika “sagra”, li – kif jinnotaw l-istoriċi u l-ispeċjalisti -mhux dejjem u kullimkien kienet żżomm dak id-dekor, li jixraq lill-kult divin. Id-Dokument tal-Predeċessur qaddis tiegħi, għal iktar minn nofs seklu, stimola fertili bi frott ġeneruż ta’ arti awtentika u ta’ spiritwalità profonda. Il-Konċilju Vatika II, min-naħa tiegħu, ħareġ kostituzzjoni dwar il-Liturġija, li, waqt li tirriferi b’mod espliċitu għall-ikkwotat Motu Proprio ta’ San Piju X, kien iddedika parti rilevanti għall-mużika sagra (Sacrosanctum Concilium, 112-121); u f’Marzu tal-1967, l-allura Sagra Kongregazzjoni tar-Riti kienet ippubblikat Istruzzjoni wiesgħa u artikolata, bit-titolu “Musicam Sacram”.

Wieħed qatt ma jinsisti biżżejjed dwar l-importanza kulturali, formattiva, soċjali u spiritwali tal-mużika sagra; u l-inizjattivi u l-isforzi li, fil-livelli kollha jkunu mwettqa f’dan il-qasam, jimmeritaw it-tifħir sinċier tas-Sede Apostolika, tal-Isqfijiet, tal-fidili kollha, mixtieqa li jirrendu lil Alla kult mhux indenn linqas indekoruż tal-majjesta nfinita tiegħu, imma jqanqlu wkoll l-approvazzjoni ta’ dawk il-persuni kollha, li jħarsu b’ċerta preokkupazzjoni lejn xi fenomeni u xi esperimenti diskutibbli, li jikkonċernaw espressjonijiet mużikali f’ċerti ċelebrazzjonijiet liturġiċi.

3. Il-Knisja nsistiet u tinsisti, fid-dokumenti tagħha fuq l-aġġettiv “sagru”, waqt li tapplikah għall-mużika ddestinata għal-Liturġija. Dan ifisser li hi, minħabba l-esperjenza sekolari tagħha, hija konvinta li tali kwalifikazzjoni għandha valur importanti tagħha. Fil-mużika ddestinata għall-kult sagru – qal Pawlu VI – “mhux kollox huwa validu, mhux kollox huwa leċitu, mhux kollox huwa tajjeb”; imma dak biss li, f’għaqda ta’ dinjità artistika u ta’ superjorità spiritwali, jista “jesprimi għal kollox il…fidi, għall-glorja ta’ Alla u għall-edifikazzjoni tal-Ġisem mistiku”(Insegnamenti di Paolo VI, IX [1971] 301). Wieħed għalhekk ma jistax jiddikjara li kull mużika ssir sagra  li fih tiġi nserita fil-Liturġija; f’tali atteġġjament jonqos dak is- sensus Ecclesiae, “li mingħajru l-kant, minflok ma jgħin li jinkorpora l-erwieħ fil-karità, jistà minflok ikun sors ta’ diffikulta, ta’ ħela, ta’ nuqqas ta’ ftehim tas-sagru, meta mhux ta’ diviżjoni fl-istess komunità tal-fidili”.(Insegnamenti di Paolo VI, IX [1971] 300).

Barra minn dan huwa magħruf li l-Kostituzzjoni konċiljari dwar il-Liturġija tesiġi li l-kompożizzjonijiet ġodda għandhom ikollhom “il-karatteristiċi tal-vera mużika sagra” (Sacrosanctum Concilium, 121). U jien, illum, għad-dinjità tal-Liturġija indur, bi stima u bir-rispett, fuq il-mużiċisti kollha, sabiex huma wkoll ikunu fost dawk “il-ħbieb tal-vera arti”, li tagħhom il-Knisja ddikkjarat li għandha bżonnhom u li lilhom indirizzat, fl-isem tas-sbuħija ispiratha mill-Ispirtu Santu, l-istedina biex ma  jħallux taqà allejanza fost l-iktar profondi bejnha u l-vera arti. (cf. Conc. Oecumenici Vat. II, Nuntius quibusdam hominum ordinibus datus: AAS 58 [1966] 8-18) Intom. O Mużiċisti, li għandkom id-don meraviljuż u misterjuż li tibdlu is-sentiment tal-bniedem f’kant, li tadattaw il-ħoss għall-kelma, agħtu lill-Knisja, lil-Liturġija kompożizzjonijiet ġodda fuq il-passi ta’ tant Mużiċisti li rnexxielhom iżommu l-ispirazzjoni artistika tagħhom f’sintonija perfetta u fertili mal-għanijiet għoljin u l-esiġenzi tal-kult!

4. Il-mużika ddestinata għal-Liturġija għandha tkun “sagra” għal karatteristiċi partikolari, li jippermettulha li tkun parti integranti u meħtieġa tal-Liturġija nfisha. Bħal ma l-Knisja, għal dak li jikkonċerna postijiet, oġġetti, ilbies, tesiġi li jkollhom predispożizzjoni adegwata għall iskop sagramentali tagħhom, hekk ukoll iktar għall-mużika, li hija waħda mis-sinjali epifaniċi l-iktar għolja tas-sagralità liturġika, hija trid li din tippossiedi predispożizzjoni adegwata għal tali għan sagru u sagramentali, minħabba karatteristiċi partikolari, li jiddistingwuha mill-mużika ddestinata, per eżempju, għad-divertiment, għall-evażjoni jew ukoll għar-reliġjożità intenzjonata b’mod wiesgħa u ġeneriku.

Il-Knisja ddikkjarat liema huma l-istili mużikali li b’eċċellenza jippossiedu l-predispożizzjoni artistika u spiritwali addattata għall-Misteru divin: dawn huma l-kant gregorjan u l-polifonija. F’perijodu, li fih xtered l-apprezzament u l-gost għall-kant gregorjan, li l-eċcellenza tiegħu hija magħrufa b’mod universali, hemm bżonn li fil-postijiet, li għalihom dan tnissel, jiġi restawrat b’unur u pprattikat, fil-grad ta’ kapaċità tal-komunitajiet liturġici ndividwali, b’mod parikolari bl-irkupru ta’ siltiet ta’ kant iktar sinifikattivi u ta’ dawk li, minħabba l-faċilità  u l-prattika tradizzjonali tagħhom, għandhom isiru l-għanjiet komuni espressivi tal-għaqda u tal-universalità tal-Knisja. (cf. Iubilate Deo-Cantus gregoriani faciliores, Introd., Ed. Vat. 1974) Il-polifanija hija hi wkoll illum ivvalutata mill-ġdid mill-qawmien mhux mistenni u feliċi, tal-i“Scholae Cantorum”, magħmula wkoll minn żgħażagħ, mixtieqa minn sbuħija awtentika u minn spiritwalità profonda. Ma dawn iż-żewġ stili jingħaqad il-kant popolari sagru, li għandu b’mod effettiv jinvolvi l-poplu kollu u jippossiedi, għalhekk, elementi ta’ koralità u ta’ sollennità elokwenti, li assemblea oranti u adoranti tistà u għandha tesprimi. San Ambroġ iqabbel b’mod feliċi l-kant tal-fidili mal-baħar: “Is-salmodiji tagħhom – huwa jikteb – jikkompetu mat-tħaxwix tal-mewġ li jċafċaf kemm xejn, …Xinhu l-kant tal-baħar, jekk mhux l-eku tal-kant tal-assemblea nisranija? …Waqt li l-poplu jitlob kollu flimkien, iħaxwex bħaċ-ċafċif tal-mewġ kollu rawgħa, meta l-kant tal-irġiel. tan-nisa, tal-verġni, tat-tfal jidwi r-responsorji tas-salmi bħat-tħaxwix armonjuż tal-mewġ”.(S. Ambrogio, Hexaemeron, III, V, 23: PL 14, 165)

5. Il-kompożizzjoni u l-esekuzzjoni ta’ mużika sagra vera jesiġu tħejjija speċifika, kemm artistika kif ukoll spiritwali-liturġika. F’dan il-waqt ma nistax ma nfaħħarx dawk l-inizjattivi kollha, li jippruvaw kemm li joffru lill-Kompożituri l-għajnuniet, is-suġġerimenti u l-istrumenti adegwati, kif ukoll li jagħtu lill-Kantanti l-possibiltà li jiddedikaw parti minn ħinhom għal din il-forma ta’ espressjoni, bħal ma hija l-mużika sagra.

Jinħtieġ għalhekk li fil-psattika mużikali liturġika tal-Knisja Latina jiġi vvalurizzat il-patrimonju mmens li ċ-ċiviltà, il-kultura, l-arti kristjana ipproduċeew tul tant sekli;  l-ilqugħ eventwali ta’ forom u ta’ strumenti tipiċi ta’ ċiviltajiet u kulturi oħra għandu jkun operat b’dixxerniment, fir-rispett sħiħ tal-ġenju tal-popli u b’dak il-pluraliżmu san, li huwa qabel kollox protezzjoni tal-valuri karatteristiċi ta’ ċiviltà u kultura singular, li biss b’tali mod tistà tilqà u tassimila, bil-prova ta’ esperjenza prudenti u skrutinizzata, elementi ta’ oriġni oħra, li ma tgħawwiġhiex, imma tgħanija (cf. Gaudium et Spes, 44; Ad Gentes, 22).

Ħuti għeżież! F’din iċ-ċelebrazzjoni sollenni, li tarakom miġburin festanti madwar il-Papa biex tiżżu ħajr lill-Mulej għall-mitt sena ta’ ħajja tal-Assoċjazzjoni tagħkom, ngħidilkom: Ħobbu l-“Assoċjazzjoni  Taljana Santa Ċeċilja! Segwuha! Sostnuha! Komplu b’żelu mġedded fl-opra manifika, li hija fl-istess ħin sintesi ta’ “arti” u ta’ “fidi”! Imma propju għaliex il-mużika “sagra” hija espressjoni u manifestazzjoni ta’fidi – tal-fidi tal-Knisja u tal-membri tagħha – huwa meħtieġ li fl-imġieba tagħkom ta’ nsara, fil-livell intern u fil-livell ta’ xhieda esterna, ikun hemm sintonija perfetta, koerenza vera bejn il-kant tagħkom u ħajjitklom. “Kanta lil Alla – jgħidilna Santu Wistin – min jgħix b’Alla; jissalmizza Ismu, min jopra għall-glorja tiegħu.

Waqt li b’dan il-mod tkantaw u tissalmizzaw, jiġifieri, waqt li tgħixu hekk, toperaw hekk…. ħejju t-triq għal Kristu, sabiex permezz tal-opra tal-evanġeliżżazzjoni jkunu miftuħa għalih il-qlub tal-fidili” (S. Agostino, Enarr. in Ps. 67, 5: PL 36, 814s).

Jekk tkunu nsara awtentiċi, bil-kant tagħkom tkunu evanġelizzaturi, jiġifieri messaġġiera ta’ Kristu fid-dinja kontemporanja! Amen!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading