It-Triq tas-Salib bit-tfal iħarsu lejn it-tbatija

Print Friendly, PDF & Email

Via Sagra fi Pjazza San Pietrui mmexxija mill-Papa Franġisku

It-tfal żgħar li fil-lejla tal-Ġimgħa l-Kbira qraw it-talbiet tal-Via Crucis mal-Papa Franġisku fil-pjazza tal-Vatikan żgur ħarġu demgħa mill-għajnejn ta’ ħafna. Din is-sena kienu t-tfal li ġew afdati jiktbu u jaqraw huma stess quddiem id-dinja t-talbiet fil-Via Crucis fejn esprimew is-sofferenzi tagħhom, marbutin b’mod partikulari ma’ dak li ġabet magħha l-pandemija. Din is-sena l-Via Crucis saret fi Pjazza San Pietru bi sfond ta’ fjuri u għadd ta’ xemgħat mal-mogħdija tal-istazzjonijiet. 

Il-Papa Franġisku mexxa Nia Sagra fil-Ġimgħa l-Kbira, 2 ta’ April 2021

Ma kull stazzjon intweriet tpengija magħmula mit-tfal, bi ftit kliem li juri l-ħsieb tagħhom. L-esperjenzi sempliċi li qraw it-tfal bdew minn tifel li sħabu waħħlu fih meta kien bla ħtija għal tifel li ra lin-nannu tiegħu jittieħed l-isptar fejn miet bil-Covid-19 mingħajr ma t-tifel seta’ jsellimlu għall-aħħar darba. 

Kien waqt kommoventi meta wara l-Via Crucis it-tfal ġrew ferħanin lejn il-Papa Franġisku li tbaxxa biex ħaddanhom miegħu.

https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2021-04/way-of-the-cross-suffering-seen-through-the-eyes-of-children.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading