Gwida għall-Ġimgħa Mqaddsa

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ġimgħa Mqadda li tiġbor fiha l-jiem minn Ħadd il-Palm sa Ħadd il-Għid hija l-fus li fuqu ddur is-sena liturġika kollha tal-ħajja nisranija. Fil-ħajja tiegħu fuq l-art, kienu l-jiem li fihom Ġesù nnifsu wasal għal dik li huwa stess sejħilha is-Siegħa tiegħu.

Ħadd il-Palm, meta nfakkru d-dħul trijunfali ta’ Ġesù f’Ġerusalemm.

It-Tnejn infakkru meta Marija ta’ Betanja dilket riġlejn Ġesù b’żejt prezzjuż.

It-Tlieta nfakkru iċ-ċaħda ta’ Pietru.

L-Erbgħa l-liturġija tfakkarna fit-tradiment ta’ Ġuda.

F’Ħamis ix-Xirka nagħmlu t-tifkira tat-twaqqif tal-Ewkaristija u s-Saċerdozju Ministerjali.

Il-Ġimgħa l-Kbira tfakkarna fil-mewt ta’ Ġesù fuq is-Salib.

Is-Sibt nishru ma’ Marija Omm Ġesù waqt li filgħaxija jkollna ċ-ċelbrazzjoni mqaddsa tal-Velja tal-Għid, it-tberik tan-nar il-ġdid, il-blandun li bid-dawl tiegħu jirrapreżenta lil Kristu nnifsu, it-tberik tal-ilma tal-Magħmudija, waqt li dakinhar il-katekumenti jkunu mgħammda u konfermati fi Kristu u permezz tiegħu fil-Knisja.

Ħadd il-Għid niċċelbraw is-Solemmità tal-qawmien ta’ Kristu mill-mewt. Dakinhar inkunu mħeġġa mġeddu l-wegħdiet tal-magħmudija tagħna.

It-tmien t’ijiem ta’ wara huma magħrufa bħala l-Ottava tal-Għid. Huma bħal estensjoni tal-Għid il-Kbir u għalhekk, matulhom aħna l-Insara nibqgħu nixtiequ lil xulxin, l-Għid it-tajjeb.

Minbarra fl-ottava tal-Għid, il-Knisja tfakkar il-qawmien ta’ Kristu mill-mewt kull nhar ta’ Ħadd kif ukoll fiċ-ċelebrazzjoni ta’ kull quddiesa. Dan tagħmlu għax kif kiteb San Pawl, “kieku Kristu ma’ qamx mill-mewt fiergħa kienet tkun il-predikazzjoni tagħna u l-fidi tagħkom” (1 Kor 15, 14-15).

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading