Attakk fuq il-Caritas Mariupol

Print Friendly, PDF & Email

Il-Kardinal Tagle: Mnikket għall-attakk fuq il-Caritas Mariupol, żmien biex il-vjolenza tintemm

“Dan l-aħbar drammatika tħalli lill-familja tal-Caritas imwerwra u xxukkjata. Magħqudin f’niket u solidarjetà mat-tbatija tal-familji u l-kollegi tagħna tal-Caritas Ukriane, li qed jgħixu din it-tragedja”. B’dan il-kliem, is-Segretarju Ġenerali tal-Caritas Internationalis, Aloysius John, esprima l-kondoljanzi tiegħu għall-mewt ta’ żewġ impjegati nisa tal-Caritas Ukraine, f’Mariupol.

Skont sorsi lokali tal-Caritas, fil-15 ta’ Marzu, tank Russu spara tiri lejn iċ-ċentru tal-Caritas f’Mariupol, u qatel żewġ impjegati u ħamsa oħra li huma membri tal-familja tagħhom, li kienu refuġjati fil-bini. L-aħbar traġika ħarġet ilbieraħ. “Għandna bżonn is-solidarjetà u t-talb tagħkom għall-familji tal-vittmi”, qalet il-president tal-Caritas Ukraine, Tetiana Stawnychy.

F’intervista mal-midja tal-Vatikan, il-Kardinal Luis Antonio Tagel, president tal-Caritas Internationalis, hu mnikket mill-vjolenza u esprima sogħba għall-mewt ta’ żewġ ħaddiema u ħames membri tal-familja tagħhom, f’attakk fuq l-uffiċċju tal-Caritas fil-belt Ukrajna assedjata ta’ Mariupol. Kardinal Tagle, enfasizza l-valur tax-xhieda ta’ dawk li, b’riskju ta’ ħajjithom, qed jgħinu lill-poplu Ukren, li hu meqrud mill-gwerra u għamel appell mill-qalb għal tmiem ta’ dan il-kunflitt imdemmi.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2022-04/ukraine-mariupol-caritas-attack-russia-cardinal-tagle-interview.html

%d bloggers like this: