Il-Popli Indiġeni u n-nanniet huma teżor prezzjuż tal-Knisja

Print Friendly, PDF & Email

Eluf ta’ pellegrini laqgħu lill-Papa Franġisku hekk kif ingħaqad mal-pellegrinaġġ annwali tagħhom lejn ix-xtut sagri ta’ Lac Ste. Anne. L-Għadira imsejħa ‘Wakamne’ (għadira ta’ Alla) min-Nakota Sioux u “L-għadira tal-Ispirtu” mill-poplu Cree, huwa magħruf għall-ilmijiet ta’ fejqan u għas-sinifikat spiritwali tiegħu kemm għall-Kattoliċi kif ukoll għall-Popli Indiġeni fil-Kanada u l-Majjistral tal-Istati Uniti.

Wara li bierek l-ilma tal-għadira u l-dawk preżenti, l-Papa Franġisku mexxa l-Liturġija tal-Kelma. L-Qdusija Tiegħu beda l-omelija tiegħu, billi fakkar fit-taħbit tat-tnabar li ntroduċew ċ-ċelebrazzjoni “jidher li jagħmel eku tat-taħbit tal-qlub” ta’ ħafna pellegrini li għal ġenerazzjonijiet imxew flimkien biex jaslu għal din l-“Għadira ta’ Alla”, u li fittxew l-fejqan mill-ilmijiet tagħha.

Il-Papa kompla rrimarka li l-kontemplazzjoni fis-skiet ta’ dawn l-ilmijiet fejn tinħass “it-taħbita tal-qalb materna tad-dinja”, tispirana biex nerġgħu lura għas-sorsi tal-ħajja u tal-fidi tagħna. “Tassew – qal – ippermettilna, fl-ispirtu, li nżuru l-postijiet qaddisa, u nimmaġinaw lil Ġesù, li wettaq ħafna mill-ministeru tiegħu fuq ix-xatt ta’ għadira: l-Baħar tal-Galilija”.

Alla għażel il-kuntest diversifikat għani ta’ din iż-żona periferjali fejn ikkonvertew diversi popli, biex iħabbru lid-dinja l-messaġġ “rivoluzzjonarju” tiegħu ta’ fraternità. Dak il-messaġġ, qal il-Papa, jdoqq illum fil-ħoss tat-tnabar li jkopri s-sekli u li jgħaqqad popli differenti. “Tfakkarna li l-fraternità hija ġenwina jekk tgħaqqad lil dawk li huma ‘l bogħod minn xulxin, li l-messaġġ ta’ għaqda lis-sema tibgħat fuq l-art ma tibżax mid-differenzi, imma tistedinna għall-għaqda, biex flimkien nibdew mill-ġdid, għax aħna lkoll pellegrini fi vjaġġ”.  

Filwaqt li ffoka fuq il-qari tal-Liturġija meħdua mill-Ktieb ta’ Eżekjel (Eż 47, 1-2. 8-9. 12), il-Papa Franġisku tenna r-rwol kruċjali tan-nanniet, speċifikament fil-komunitajiet indiġeni, fit-trażmissjoni tal-“ilma ħaj tal-fidi”. “Il-fidi rari tiġi mill-qari ta’ ktieb waħdek f’rokna”, qal il-Papa, “imma tinxtered fil-familji, trażmessa bil-lingwa tal-ommijiet, fl-aċċenti ħelu liriku tan-nanniet”. Filwaqt li rringrazzjhom għar-rwol prezzjuż tagħhom, tenna l-appell tiegħu lill-familji biex jgħożżu u jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħhom.

“Nixtieq ngħid lil dawk il-familji kollha bl-anzjani fid-dar tagħhom: għandkom teżor! Ħarsu dan is-sors ta’ ħajja fi djarkom: ħudu ħsiebu, bħala wirt prezzjuż li trid tkun maħbub u għażiż”.

Il-Papa Franġisku mbagħad iffoka fuq il-qawwa tal-fejqan tal-ilma fil-kuntest tal-ġrieħi li sofrew il-Popli Indiġeni tal-Kanada wara l-kolonizzazzjoni Ewropea. Waqt li fakkar fil-ministeru ta’ Ġesù fix-xtut tal-Baħar tal-Galilija, talab lill-Mulej, permezz tal-interċessjoni ta’ Marija u ta’ Sant’ Anna, li għalija l-għadira hija msemmija, biex jgħinu fil-fejqan ta’ dawk li għandhom ġrieħi profondi.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika, għal darb’oħra, enfasizza lir-rwol tal-ommijiet u n-nanniet fil-komunitajiet Indiġeni, biex huma wkoll jgħinu fil-fejqan ta’ dawk il-feriti, b’referenza speċifikament għall-figura tan-nanna t’Alla, li ġiet introdotta fil-Popli Indiġeni fil-Kanada, mill-missjunarji permezz ta’ ħidma effettivau fi proċess ta’ inkulturazzjoni.

Huwa fakkar li parti mill-“wirt muġugħ” tal-kolonizzazzjoni Ewropea “jirriżulta mill-fatt lin-nanniet indiġeni twaqqfu milli jgħaddu l-fidi fil-lingwa u l-kultura tagħhom stess”. “Din it-telfa – qal il-Papa – kienet ċertament traġika, imma l-preżenza tagħkom hawnhekk hija xhieda ta’ reżiljenza u bidu ġdid, ta’ pellegrinaġġ lejn il-fejqan, ta’ qalb miftuħa għal Alla li jfejjaq il-ħajja tal-komunitajiet”.

Il-Knisja kollha għandha bżonn il-fejqan

Il-Papa Franġisku mbagħad irrimarka li, llum, “il-Knisja kollha għandha bżonn il-fejqan”, stieden lill-pellegrini biex jikkontribwixxu għall-bini ta’ “Knisja Omm” li kapaċi “tħaddan lil kull wild”, li “hija miftuħa għal kulħadd”, u “tilqa’ lil kulħadd”. Saħaq ukoll li “jekk irridu nieħdu ħsieb u nfejqu l-ħajja tal-komunitajiet tagħna, jeħtieġ li nibdew mill-foqra u l-aktar emarġinati”, inklużi l-anzjani li jirriskjaw li jmutu weħidhom, iżda wkoll liż-żgħażagħ “li huma aktar interrogati milli mismugħha”. Filwaqt li rrimarka li Ġesù sejħilna biex “noħorġu, nagħtu, nħobbu”, stieden lill-fidili kollha biex jistaqsu lilhom nnfushom, x’jistgħu jagħmlu għal dawk fil-bżonn, u speċifikament għall-Popli Indiġeni li ġarrbu tant tbatija.

L-aħħar kliem tiegħu, l-Papa esprima t-tama li l-Knisja tista’ tavvanza u tgħin fil-proċess ta’ fejqan tal-Popli Indiġeni tal-Kanada, filwaqt li tenna kemm huma prezzjużi għalih u għall-Knisja.    

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-07/pope-indigenous-peoples-grandmothers-are-treasure-of-the-church.html

Il-Papa: Il-Popli Indiġeni u n-nanniet huma teżor prezzjuż tal-Knisja

Eluf ta’ pellegrini laqgħu lill-Papa Franġisku hekk kif ingħaqad mal-pellegrinaġġ annwali tagħhom lejn ix-xtut sagri ta’ Lac Ste. Anne. L-Għadira imsejħa ‘Wakamne’ (għadira ta’ Alla) min-Nakota Sioux u “L-għadira tal-Ispirtu” mill-poplu Cree, huwa magħruf għall-ilmijiet ta’ fejqan u għas-sinifikat spiritwali tiegħu kemm għall-Kattoliċi kif ukoll għall-Popli Indiġeni fil-Kanada u l-Majjistral tal-Istati Uniti.

Wara li bierek l-ilma tal-għadira u l-dawk preżenti, l-Papa Franġisku mexxa l-Liturġija tal-Kelma. L-Qdusija Tiegħu beda l-omelija tiegħu, billi fakkar fit-taħbit tat-tnabar li ntroduċew ċ-ċelebrazzjoni “jidher li jagħmel eku tat-taħbit tal-qlub” ta’ ħafna pellegrini li għal ġenerazzjonijiet imxew flimkien biex jaslu għal din l-“Għadira ta’ Alla”, u li fittxew l-fejqan mill-ilmijiet tagħha.

Il-Papa kompla rrimarka li l-kontemplazzjoni fis-skiet ta’ dawn l-ilmijiet fejn tinħass “it-taħbita tal-qalb materna tad-dinja”, tispirana biex nerġgħu lura għas-sorsi tal-ħajja u tal-fidi tagħna. “Tassew – qal – ippermettilna, fl-ispirtu, li nżuru l-postijiet qaddisa, u nimmaġinaw lil Ġesù, li wettaq ħafna mill-ministeru tiegħu fuq ix-xatt ta’ għadira: l-Baħar tal-Galilija”.

Alla għażel il-kuntest diversifikat għani ta’ din iż-żona periferjali fejn ikkonvertew diversi popli, biex iħabbru lid-dinja l-messaġġ “rivoluzzjonarju” tiegħu ta’ fraternità. Dak il-messaġġ, qal il-Papa, jdoqq illum fil-ħoss tat-tnabar li jkopri s-sekli u li jgħaqqad popli differenti. “Tfakkarna li l-fraternità hija ġenwina jekk tgħaqqad lil dawk li huma ‘l bogħod minn xulxin, li l-messaġġ ta’ għaqda lis-sema tibgħat fuq l-art ma tibżax mid-differenzi, imma tistedinna għall-għaqda, biex flimkien nibdew mill-ġdid, għax aħna lkoll pellegrini fi vjaġġ”.  

Filwaqt li ffoka fuq il-qari tal-Liturġija meħdua mill-Ktieb ta’ Eżekjel (Eż 47, 1-2. 8-9. 12), il-Papa Franġisku tenna r-rwol kruċjali tan-nanniet, speċifikament fil-komunitajiet indiġeni, fit-trażmissjoni tal-“ilma ħaj tal-fidi”. “Il-fidi rari tiġi mill-qari ta’ ktieb waħdek f’rokna”, qal il-Papa, “imma tinxtered fil-familji, trażmessa bil-lingwa tal-ommijiet, fl-aċċenti ħelu liriku tan-nanniet”. Filwaqt li rringrazzjhom għar-rwol prezzjuż tagħhom, tenna l-appell tiegħu lill-familji biex jgħożżu u jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħhom.

“Nixtieq ngħid lil dawk il-familji kollha bl-anzjani fid-dar tagħhom: għandkom teżor! Ħarsu dan is-sors ta’ ħajja fi djarkom: ħudu ħsiebu, bħala wirt prezzjuż li trid tkun maħbub u għażiż”.

Il-Papa Franġisku mbagħad iffoka fuq il-qawwa tal-fejqan tal-ilma fil-kuntest tal-ġrieħi li sofrew il-Popli Indiġeni tal-Kanada wara l-kolonizzazzjoni Ewropea. Waqt li fakkar fil-ministeru ta’ Ġesù fix-xtut tal-Baħar tal-Galilija, talab lill-Mulej, permezz tal-interċessjoni ta’ Marija u ta’ Sant’ Anna, li għalija l-għadira hija msemmija, biex jgħinu fil-fejqan ta’ dawk li għandhom ġrieħi profondi.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika, għal darb’oħra, enfasizza lir-rwol tal-ommijiet u n-nanniet fil-komunitajiet Indiġeni, biex huma wkoll jgħinu fil-fejqan ta’ dawk il-feriti, b’referenza speċifikament għall-figura tan-nanna t’Alla, li ġiet introdotta fil-Popli Indiġeni fil-Kanada, mill-missjunarji permezz ta’ ħidma effettivau fi proċess ta’ inkulturazzjoni.

Huwa fakkar li parti mill-“wirt muġugħ” tal-kolonizzazzjoni Ewropea “jirriżulta mill-fatt lin-nanniet indiġeni twaqqfu milli jgħaddu l-fidi fil-lingwa u l-kultura tagħhom stess”. “Din it-telfa – qal il-Papa – kienet ċertament traġika, imma l-preżenza tagħkom hawnhekk hija xhieda ta’ reżiljenza u bidu ġdid, ta’ pellegrinaġġ lejn il-fejqan, ta’ qalb miftuħa għal Alla li jfejjaq il-ħajja tal-komunitajiet”.

Il-Papa Franġisku mbagħad irrimara li, llum, “il-Knisja kollha għandha bżonn il-fejqan”, stieden lill-pellegrini biex jikkontribwixxu għall-bini ta’ “Knisja Omm” li kapaċi “tħaddan lil kull wild”, li “hija miftuħa għal kulħadd”, u “tilqa’ lil kulħadd”. Saħaq ukoll li “jekk irridu nieħdu ħsieb u nfejqu l-ħajja tal-komunitajiet tagħna, jeħtieġ li nibdew mill-foqra u l-aktar emarġinati”, inklużi l-anzjani li jirriskjaw li jmutu weħidhom, iżda wkoll liż-żgħażagħ “li huma aktar interrogati milli mismugħha”. Filwaqt li rrimarka li Ġesù sejħilna biex “noħorġu, nagħtu, nħobbu”, stieden lill-fidili kollha biex jistaqsu lilhom nnfushom, x’jistgħu jagħmlu għal dawk fil-bżonn, u speċifikament għall-Popli Indiġeni li ġarrbu tant tbatija.

L-aħħar kliem tiegħu, l-Papa esprima t-tama li l-Knisja tista’ tavvanza u tgħin fil-proċess ta’ fejqan tal-Popli Indiġeni tal-Kanada, filwaqt li tenna kemm huma prezzjużi għalih u għall-Knisja.    

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-07/pope-indigenous-peoples-grandmothers-are-treasure-of-the-church.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading