Il-Papa fil-Kanada: Ippreservaw l-istorja tagħkom biex tipproteġu l-futur tagħkom

Print Friendly, PDF & Email

Fit-tieni jum tal-“Pellegrinaġġ Penitenzjali” tiegħu ta’ ħamest ijiem fil-Kanada, l-Papa Franġisku mexxa l-Quddiesa fil-Commonwealth Stadium f’Edmonton. Fl-omelija, l-Qdusija Tiegħu stieden lil kulħadd biex jaħseb dwar in-nanniet tiegħu stess, hekk kif il-Knisja ċċelebrat l-festa tal-Qaddisin Ġwakkin u Anna, li f’darhom it-tifel Ġesù sar jaf lil qrabatu u “esperjenza l-qrubija, l-imħabba tenera u l-għerf tan-nanniet tiegħu”.

Il-Papa Franġisku enfasizza li aħna wlied storja li trid tiġi ppreservata – mhux individwi iżolati – peress li ħadd ma jiġi fid-dinja maqtugħ minn ħaddieħor. Għalhekk, l-għeruq u l-familji tagħna li trabbejna fihom huma parti minn storja unika li ġew qabilna u tawna l-ħajja. F’dan id-dawl, “ma għażilniex dik l-istorja” imma “rċevejnieha bħala rigal”, li għandna ngħożżu. Aħna “dixxendenti” ta’ dawk li marru qabilna u l-“wirt” tagħhom hu “iċċentrat fuq is-sewwa, l-fedeltà lejn Alla u r-rieda tiegħu”.

“Qegħdin hawn bis-saħħa tal-ġenituri tagħna, iżda wkoll bis-saħħa tan-nanniet tagħna, li għenuna nħossuna milqugħha fid-dinja”, qal il-Papa filwaqt li żied jgħid li huma, huma dawk li jħobbuna bla kundizzjoni, mingħajr ma jistennew xejn lura. Grazzi għalihom, “aħna rċevejna l-karezza mill-istorja li qabduna: tgħallimna lit-tjubija, l-imħabba tenera u l-għerf huma l-għeruq sodi tal-umanità”.

Waqt li japprezza aktar lin-nanniet, il-Papa qal li huwa fi djarhom li ħafna minna “ħadu l-fwieħa tal-Evanġelju”, u skoprew fidi “familjari”, permezz tal-affezzjoni, l-inkoraġġiment, il-kura u l-qrubija. L-Qdusija Tiegħu rrimarka li huwa b’dan il-mod li Ġwakkin u Anna kienu jħobbu lil Marija, u kif Marija, min-naħa tagħha, kienet tħobb lil Ġesù, b’imħabba li “qatt ma żammewh lura”, u l-Papa stieden lil kulħadd biex jitgħallem ma jagħmilx pressjoni fuq il-kuxjenza ta’ ħaddieħor, jew nonqsu milli nħobbu u nirrispettaw lil dawk li ġew qabilna jew li ġew fdati f’idejna.

Il-Papa Franġisku ordna lil kulħadd, biex iwarrbu spazju denju għall-preservazzjoni tal-memorja, u biex jiftakru f’dawk li marru qabilna, filwaqt li nsista li għandna “nkabbru l-għeruq tagħna biex nitolbu għal u ma’ missirijietna, biex niddedikaw ħin biex niftakru u nħarsu l-wirt tagħhom”.

“Ejja nistaqsu lilna nfusna: aħna wlied u neputijiet kapaċi nħarsu dan it-teżor li writna? Niftakru t-tagħlim tajjeb li rċevejna? Qed nitkellmu mal-anzjani tagħna, u qed nagħtu ħin biex nisimgħuhom?”

Minbarra li aħna wlied ta’ storja li trid tiġi ppreservata, aħna wkoll awturi ta’ storja li għad trid tinkiteb, qal il-Papa, filwaqt li nnota li aħna mmarkata kemm bid-dawl kif ukoll bid-dellijiet, mill-imħabba li għamilna jew li ma rċevejniex. Żied jgħid li dan hu l-misteru tal-ħajja umana: aħna wlied xi ħadd imma aħna wkoll imsejħin biex nagħtu l-ħajja, bħala missirijiet, ommijiet u nanniet lil ħaddieħor. Għalhekk għandna nistaqsu lilna nfusna: x’tip ta’ soċjetà rridu nibnu u nħallu lil dawk li ġejjin warajna, fid-dawl tal-ħafna li rċevejna mingħand dawk ta’ qabilna.

Waqt li juża x-xbieha tal-ilma tal-ħajja huwa hu jivvjaġġa mill-għeruq, sal-friegħi, weraq, fjuri u sal-frott tas-siġra, l-Papa Franġisku qal lit-tradizzjoni awtentika hija espressa f’din id-dimensjoni vertikali – minn isfel għal fuq. L-Kap tal-Knisja Kattolika wissa biex ma tispiċċax f’“karikatura tat-tradizzjoni”, li mhix vertikali – mill-għeruq sal-frott, imma orizzontali – ‘l quddiem u lura, u dan iwassal biex ninqabdu fil-mentalità li tgħid: “aħna dejjem hekk għamilna”.

Filwaqt li rrifletta fuq il-qari tal-Evanġelju tal-ġurnata, l-Papa Franġisku nnota li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu li huma mbierka għax jistgħu jaraw u jisimgħu dak li l-profeti u n-nies ġusti setgħu biss jixxenqu għalih – il-Messija. Bl-istess mod, dawk ta’ qabilna għaddew passjoni, saħħa u fjamma li hija f’idejna li nerġgħu nqabduha. Bl-istess mod, in-nanniet u x-xjuħ tagħna “riedu jaraw dinja aktar ġusta, fraterna u soldari, u ġġieldu biex jagħtuna futur” u f’idejna li ma nħalluhomx jispiċċaw, imma li nagħtu l-frott, għax “aħna l-fergħat li rridu niffjorixxu, u nxerrdu ż-żerriegħa ġdida tal-istorja”.

Filwaqt li enfasizza lir-rwol “uniku u insostitwibbli” li għandna lkoll fl-istorja, l-Papa Franġisku talab lil kulħadd jistaqsi x’qed ngħaddu lil dawk li jiġu warajna u x’tip ta’ marka se nkunu qed inħallu warajna. Żied jgħid, li l-Mulej ma jridniex inkunu sempliċi kritiċi tas-sistema tagħna, magħluqa u li nħarsu lura, imma pjuttost “artiġjani ta’ storja ġdid, nisġa tat-tama, bennejja tal-futur, dawk li jġibu l-paċi”.  

“Il-mistoqsija l-vera hi: qed nagħti l-ħajja? Qed indaħħal fl-istorja mħabba ġdida u mġedda li ma kinitx hemm qabel? Qed inħabbar l-Evanġelju lil dawk li huma viċin tiegħi? Qed naqdi lil ħaddieħor b’mod liberu, kif għamlu għalina dawk ta’ qabilna? X’qed nagħmel għall-Knisja tagħna, għall-belt tagħna, għas-soċjetà tagħna?”

Fl-aħħar, il-Qdusija Tiegħu nvoka l-interċessjoni tal-Qaddisin Ġwakkin u Anna biex jgħinnuna ngħożżu l-istorja li tatna l-ħajja u “jfakkruna fid-dmir spiritwali tagħna li nonoraw lin-nanniet tagħna u lill-anzjani tagħna, li ngħożżu l-preżenza tagħhom fostna sabiex noħolqu futur aħjar”. Il-Papa talab f’dan id-dawl, għal futur, fejn l-anzjani ma jiġux imwarrba għax m’għandhomx utli u ma jistgħux jipproduċu, jew li wieħed ikun indifferenti għall-ħtieġa tal-anzjani li jiġu kkurati u mismugħha.

Huwa talab ukoll għal futur li fih “l-istorja tal-vjolenza u l-emarġinazzjoni li batew ħutna l-indiġeni qatt ma tiġi ripetuta”. “Dak il-futur huwa possibbli jekk, bl-għajnuna ta’ Alla, ma naqtgħux ir-rabta li tgħaqqadna ma’ dawk li marru qabilna, u hekk inrawmu djalogu ma’ dawk li jiġu warajna”, qal il-Papa. “Żgħażagħ u xjuħ, nanniet u neputijiet, ilkoll flimkien. Ejjew nimxu ‘l quddiem flimkien, u flimkien ejjew noħolmu”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-07/pope-francis-canada-homily-mass-indigenous-edmonton-stadium.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading