Medjugorje f`Malta

Print Friendly, PDF & Email

Kitba ta’ David Rossi

Il-grajja ta` Medjugorje bdiet fl-1981 fl-24 ta` Gunju fil-festa ta` San Gwann Battista.  Minn dak iz-zmien l hawn il-Madonna bdiet tidher lil xi zghazagh Kroati mir-regjun tal-Bosnja Hercegovina fil –  Jugozlavja.  Hi giet bhala   s-Sultana tal-Paci jew Gospa: Kralicja Mira biex turina it-triq lejn binha Gesu`.  Il-messagg taghha huwa sabiex kull wiehed u wahda minnha jkollu dak it-tezor gewwa qalbu li ma jistax jinxtara b` xejn jigifieri l-Paci interna li Gesu` Kristu jista jaghtina jekk ahna nghixu fir-rieda tieghu.

U dan li qed turina l-Madonna.  Hija tghidilna sabiex nghixu l-Evangelju u nkunu dixxipli ta` Gesu` f` din id-dinja li ma ghandiex ferh u paci.  Sabiex tghin lil min jrid jimxi f` din it-triq imhabbra qabel fil – Vangelji, il-Gospa, Madonna bil- lingwa Kroata qed tati messagg kul xahar lil Maria Pavlovic sabiex taqsmu mad –dinja.  Hija tidher ta` kuljum u din il-frekwenza turi l-urgenza u l-importanza tal-messagg li qed iggorr.   Hi ghaddiet ukoll ghaxar sigrieti li ghandhom isehhu ghaxar t-ijiem wara li l-vizjunarja responsabbli tghaddihom li Fr Petar.  Huwa jsum ghal dawn il-jiem u jhabbar dak kollu li sa jigri tlett ijiem qabel.  

Il-Madonna theggeg lil kulhadd sabiex jikkonverti permezz tat-talb u sawm darbtejn fil – gimgha l-erbgha u l-jum tal gimgha fuq hobz u ilma.  Hija tigi sabiex taghmlilna kurragg u turina d-direzzjoni lejn il-ferh etern.  Hekk kif bdew id-dehriet waqt il-hakma kommunista kienu diversi Pellegrini li bdew jersqu lejn dan il-villagg ta` Medjugorje li jfisser villagg bejn zewg gholjiet sabiex huma stess jduqu minn dik l-esperjenza li kienet ghaddejja f` dan il-post immexxi mill-Frangiskani.

F` Malta l-messagg ahhari fuq Medjugorje twassal b` mod assolut minn dik il-persuna li hafna snin qabel kient bdiet il-Legion of Mary f` MaltaMonica Walsh.  Ghal habta tal-1984/5 kienet gabet il-film video ta` Fr Tom Lee dwar id-dehriet u kien il bidu li bdew jitilghu gruppi ta` Maltin gewwa Medjugorje sabiex isegwu irtir spiritwali taht id-direzzjoni ta` dirttur spiritwali.  Il-gruppi kienu ghal bidu joqghodu fid-djar privati/farmhouses u bosta kienu joqghodu ghand Zdenka u Pile Kozina koppja li tant ghenet lill-pellegrini Maltin tul is-snin.

F` Medjugorje l- Maltin kienu jiltaqghu mal-vizzjunarji bhal Marija Pavlovic u Vicka Ivankovic u jitilghu l-gholja Podbrdo u Krizevac waqt li jkomplu jiehdu sehem fis-servizzi religjuzi ta` fulghaxija bhar-Ruzarju tal-Ferh -Tbattiha u Glorja Quddiesa, Healing Service u Adoration u Dberik ta` Oggetti  Sagri.  Xi whud li telghu Medjugorje kienu ukoll msejha sabiex jattendu waqt id-dehriet. 

Marija Pavlovic u Fr Slavko kienu gew Malta bejn 9 – 11 ta` Novembru 1991 u ltaqghu mal-Isqof Mercieca gewwa l-Mdina kif ukoll mal-awtoritajiet civili.  Infatti saret laqgha ma`l-President ta` dak iz-zmien l-Eccelenza tieghu Dr Censu Tabone  fil-Palazz  ta` San Anton u mal- Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami gewwa Kastilja.  Waqt dan iz-zmien f` Malta  Marija Pavlovic kellha z-zjara ta` kuljum mill-Madonna u din sehhet waqt il-laqghat ta` talb li saru gewwa St Joseph Blata l-Bajda s-Sibt 9 ta` Novembru 1991, fl-Oratorju ta` Don Bosco Ghawdex il-Hadd 10 ta` Novembru 1991 u f` B Kara ghand il-Gizwieti t-Tnejn 11 ta` Novembru 1991.    Min huwa nteressat jista` jara l-film ta` dan kollu fuq You Tube / Facebook Medjugorje Centre Malta `Medjugorje f` Malta Part 1 u Part 2’.

Nhossuna grati li l-Madonna ppermettit din il-laqgha maghha u ghaldaqstant huwa mportanti li nghixu kif tghidilna sabiex nimxu ahna u nmexxu lil ohrajn lejha u lejn binha Gesu`. Dan huwa fuq kollox il-messagg fundamentali ta` Medjugorje.  Li nghixu lil Gesu` Kristu f` dan il-waqt u kuljum.   Hafna huma dawk li jiftakru l-innu lill Madonna Sultana tal-Paci f` Medjugorje specjalment fiz-zmien tal- bidu.

Kraljici mira – došli smo ti Majko draga

Došli smo ti Majko draga,

sa svih strana ove zemlje;

Donije smo Ti jade svoje,

i u njima svoje želje.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading