Taħt it-toqol tas-salib

Print Friendly, PDF & Email

Poeżija miktuba minn omm meta kienet għaddejja minn żmien diffiċli. B’dedika speċjali għal dawk kollha li fil-mument ta’ issa, din il-poeżija tista’ tkun ta’ għajnuna u faraġ.

Bukkett spiritwali
Inressaq Mulej,
Minn ommijiet bħali
Fi triqtek, Feddej !

Ma ssibx fih il-fjuri
Imżewqa bl-ilwien
U l-fwejjaħ mill-puri
Kif wisq nixtieq kien !

Fih biss xewk ta’ rvina
Li jinfed il-qalb
U jqanqal ġo fina
Il-ħeġġa għat-talb !

Kemm talb għat-tfal tagħna
F’kull xorta ta’ nkwiet !
Għal wensek għatxana
Dawn l-egħżeż ulied !

Ħarisna nitolbok
Fil-ħin tat-tiġrib,
Kif ħadt ħsieb ta’ Ommok
Minn fuq is-Salib !

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading