Ġwanni Pawlu II fil-beatifikazzjoni ta’ Luigi Versiglia u Callisto Cravario

Print Friendly, PDF & Email

BEATIFIKAZZJONI SOLENNI TA’ MONSINJUR LUIGI VERSIGLIA
U TA’ DON CALLISTO CARAVARIO
OMELIJA TA’ GWANNI PAWLU II
Il-Ħadd, 15 ta’ Mejju 1983

Għeżież ħuti.

Il-Vanġelu ta’ dan il-Ħadd, bejn it-Tlugħ fis-sema ta’ Kristu u l-istennija tal-Ispirtu Santu, fil- kontenut tiegħu l-iktar profond jadatta ruħu sewwa għall-bestifikazzjoni sollenni taż-Żewġ martri l-ġodda li llum l-Knisja qiegħda tippreżenta għall-qima tal-fidili. U jaqbel sewwa wkoll l-ewwel qari tal-Quddiesa, li jfakkar is-sagrifiċċju tal-protomartri Stiefnu. L-Isqof Luigi Versiglia u ż-żagħżugħ saċerdot dun Callisto Caravario, infatti, huma l-“protomartri” tal- Kongregazzjoni Sależjana, hawn miġbura f’din iċ-ċirkustanza ferrieħa madwar l-altar tal-Mulej. L-eżultanza tagħha hija tal-Knisja kollha: imma dak li jkun jifhem li għall-Istitut Sależjan jistà jkollha karattru għal kollox partikolari, ladarba din iċ-ċerimonja sollenni tiġi b’xi mod biex tissiġilla, b’qies elokwenti, iktar minn seklu ta’ xogħol fil-missjonijiet fil-kontinenti kollha, ibda mill-Patagonja u mill-artijiet Maġellaniċi. B’dan titwettaq viżjoni profetika tal-fundatur San Ġwann Bosco, li, billi kien ħolom bi preferenza għal uliedu l-Lvant Imbiegħed, ipprofetizza frott meraviljuż u tkellem dwar “Kalċijiet imfawra bid-demm”.

Min jirċievi l-kelma ta’ Alla u jgħassisha f’qalbu, isir b’mod inevitabbli oġġett ta’ mibegħda tad-dinja (cf. Ġw 17, 14). Il-martri huma dawk li, sabiex jibqgħu fidili għal din il-kelma ta’ ħajja eterna, jaċċettaw li l-mibegħda tad-dinja tasal sal-punt li teħdilhom il-ħajja eterna. Huma jagħtu xhieda partikolarment ħajja tal-għidut tal-Mulej, li skontu min “jitlef” għalih ħajtu, isibha (cf. Mt 10, 39).

2. Il-martirju – jingħad tradizzjonalment – jissuġġerixxi fil-qattiela minħabba l-frott tal-fidi, “il-mibegħda kontra l-fidi”:  u hu minħabba fiha li l-Martri jiġi maqtul. U dan huwa veru sens sħiħ, minħabba li attwata fil-frott tal-fidi, li huwa l-opri tal karità. F’tali sens l-Appostlu Ġakbu jistà jgħid b’wiċċu minn quddiem: “Bl-opri tiegħi nistà nurikom il-fidi tiegħi” (Ġk 2, 18). Din il-mibegħda kontra l-fidi tistà iżda turi ruħha ovvjament b’żewġ modi differenti: jew minħabba l-aħbar stess tal-Kelma ta’ Alla, jew inkella minħabba ċerta azzjoni morali, li ssib fil-fidi l-prinċipju u r-raġuni tal-eżistenza tagħha.

Huwa dejjem għax-xhieda tiegħu tal-fidi, li l-Martri jiġi maqtul: fl-ewwel każ, għax-xhieda ċara u diretta: fit-tieni, għax-xhieda ssuġġeritha u indiretta, imma mhux inqas reali f’ċertu sens issuġgeritha

Joħroġ mela li l-qattiela juru li  jobogħdu l-fidi mhux biss meta l-vjolenza tagħhom tinxteħet kontra x-xandir ċar tal-fidi, bħal fil-każ ta’ Stiefnu, li jiddikjara li “qiegħed jara s-smewwiet miftuħa u Bin il-Bniedem fuq il-lemin ta’Alla” (At 7, 56), imma wkoll meta tali vjolenza tinxteħet kontra l-opri tal-karità mal-proxxmu, opri li oġġettivament u realment għandhom fil-fidi l-ġustifikazzjoni u l-mottiv tagħhom. Waqt li jobogħdu dak li jinbet mill-fidi, juru li jobogħdu dik il-fidi li hija n-nebbieta tagħhom. Dan huwa l-każ taż-żewġ Martri Sależjani. Għal din il-konklużjoni waslu l-atti tal-proċess kanoniku.

3. Skont it-tagħlim u l-eżempju tal-Imgħallem Divin, il-martirju li bih tirregala ħajtek għal ħbiebek, huwa s-sinjal tal-ikbar imħabba (cf. Ġw 15, 13). Għal dan jidwi l-kliem tal-Konċilju Vatikan II, meta jiddikjara: “Il-martirju, li bih d-dixxiplu irrenda ruħu bħal l-Imgħallem li minn rajh jaċċetta l-mewt għas-saħħa tad-dinja u għalih jikkonforma ruħu fit-tixrid ta’ demmu, huwa stmat mill-Knisja bħala prova distinta u suprema ta’ karità” (Lumen Gentium, 42). U dan għaliex bħalma jispjega San Tumas (S. Tommaso, Summa theologiae, II-II, q. 124, a 3) permezz tal-martirju juri ċaħda ta’ dak li għandna l-iktar prezzjuż, jiġifieri l-ħajja, u li jaċċetta dak li hu l-iktar diżgustanti, jiġifieri l-mewt, b’mod speċjali jekk din tkun ippreċeduta minn niket u torturi.

Iż-żewġ martri Sależjani taw ħajjithom għas-salvazzjoni u l-integrità morali tal-proxxmu. Infatti huma poġġew lilhom infushom bħala tarka u difiża tal-persuna ta’ tliet studentessi tal-missjoni, li kienu qegħdin jakkumpanjaw fil-familja jew fil-qasam tal-apostolat katekistiku.

Huma ddefendew bil-prezz ta’ demmhom l-għażla responsabbli tal-kastità, imwettqa minn dawk iż-żgħażagħ, fil-periklu li jaqgħu f’idejn ta’ min ma kienx se jirrispettahom. Xhieda erojka, mela, favur il-kastità, li mill-ġdid tfakkar lis-soċjetà tallum il-valur u l-prezz l-iktar għoljin ta’ din il-virtù, li l-protezzjoni tagħha, marbuta mar-rispett u l-promozzjoni tal-ħajja umana, tassew jixirqilha li dak li jkun jissogra ħajtu stess, bħalma naraw u nammiraw f’eżempji oħra brillanti tal-istorja nisranija, minn Sant Anjeże sa Santa Marija Goretti.

4. Il-ġest ta’ mħabba suprema taż-żewġ Martri isib sinifikat tassew vast fil-kwadru ta’ dak il-ministeruu evanġeliku, li l-Knisja tiżvolġi favur il-poplu kbir u nobbli Ċiniż, jibda miż-żminijiet tal-Patri Matteo Ricci. Infatti, f’kull żmien u f’kull post il-martirju huwa offerta ta’ mħabba wkoll għall-aħwa u b’mod partikolari għall-poplu li favuru il-martri joffri ruħu. Id-demm taż-żewġ Beati għalhekk isib tuħu fis-sisien tal-Knisja Ċiniża, kif id-demm ta’ Pietru jinsab fis-sisien tal-Knisja ta’ Ruma. Mela għndna nifhmu x-xhieda ta’ mħabbithom u tas-servizz tagħhom bħal sinjal tal-konvenjenza profonda bejn il-Vanġelu  u l-valuri għolja tal-kultura u tal-ispiritwalità taċ-Ċina. Wieħed ma jistax jifred, f’tali xhieda, is-sagrifiċċju offrut lil Alla u d-don tiegħu magħmul għall-poplu u għall-Knisja taċ-Ċina.

Il-Kristjaniżmu, kif turi l-istorja millenarja sa jiemna, isib ruħu komdu mal-kulturi kollha u maċ-ċiviltajiet kollha, bla ma jidentifika ruħu mal-ebda waħda minnhom. Huwa jsib armonija spontanja ma dak kollu li hemm validu fihom, għaliex il-wieħed u l-oħrajn għandhom l-istess oriġni divin, mingħajr is-sogru tal-konfużjoni jew tal-kompetizzjoni, għaliex jistrieħu fuq żewġ ordnijiet differenti ta’ realtà: rispettivament dak tal-grazzja u dak tan-natura.

Iċ-ċirkustanza ferrieħa ta’ dan ir-rit ta’ beatifikazzjoni tqanqal u ssaħħaħ fina t-tama ta’ progress fl-elaborazzjoni tal-istrutturi u tad-djalogu, iddestinati biex jiffavorixxu din l-esiġenza ta’ armonizzazzjoni, fil-poplu nisrani taċ-Ċina, bejn d-dimensjoni tal-impenn soċjali u tal-kuxjenza nazzjonali, u dik tal-komunjoni mal-Knisja universali: esiġenza intrinsika għall-messaġġ ta’ Kristu u konformi mat-talbiet l-iktar profondi tan-Nazzjonijiet u tal-kulturi. Il-kultura, kull kultura, titla lejn Kristu, u Kristu jinżel lejn kull kultura. Jalla ċ-Ċina wkoll, bħal kull nazzjon ieħor tad-dinja, tifhem dejjem aħjar dan il-punt ta’ laqgħa.

5. Imma ħsieb ieħor jippreżenta ruħu għall-attenzjoni tagħna. Fl-isfond ta’ dan l-episodju traġiku u grandjuż jippreżentaw ruħhom b’evidenza żewġ konċetti tal-mara inkonċiljabbi bejniethom: jew il-mara bħala persuna, responsabilment ixxaqleb lejn l-attwazzjoni tad-dinjità morali tagħha, u b’mod konvenjenti ffaċilitata u protetta f’dan mill-ambjent uman u soċjali: u hawn hi l-għażla taż-żewġ martri u tat-tliet żgħażagħ fdati lilhom; jew inkella l-mara bħala oġġett u strument tal-pjaċir u tal-iskopijiet ta’ persuni oħra. Hawn mela hi l-għażla tal-qattiela.

Dawn iż-żewġ konċetti opposti tal-mara għandhom ,fl-Iskrittura u fit-Tradizzjoni, relazzjoni stretta mal-figura ta’ Marija Santissma, li tagħha huma rispettivament l-inkarnazzjoni fidila u ċ-ċaħda totali. Iż-żewġ Martri kienu ilhom li ffalsifikaw il-konċepiment tal-mara u tad-dinjità tagħha fid-dawl tal-mudell Marjan. Il-konfront mal-aggressuri, minkejja li f’daqqa u mhux mistenni, sabhom imħejjija. Huma jgħibu fid-dawl ta’ Marija, li filjalment kienu onoraw u ppridkaw tul ħajjithom kollha.

Il-vjaġġ li jwassalhom għas-sagrifiċċju jibda bil-barka u taħt ix-xewqat ta’ Marija Għajnuna tal-Insara, Patruna tal-Kongregazzjoni Sależjana. L-aggressjoni fatali tinfexx f’nofsinhar, wara li l-kumpanija kienet sellmet lil Omm Alla bir-reċita tal-Angelus. Din it-talba ħelwa tħejji  t-taqtigħa rebbieħa kontra t-theddid  tal-ħażen. L-ismijiet ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi jidwu qawwija fuq il-fomm tar-Rgħajja u tal-ħrief tal-merħla, hekk kif tfiġġ t-taqtigha qarsa mal-għedewwa tal-fidi u tal-purità, li mhux feħsiehom iħallu taħarbilhom il-priża lanqas quddiem id-delitt.

6. Monsinjur Versiglia u Dun Caravario, fuq l-eżempju ta’ Kristu, inkarnaw b’mod perfett l-ideal tar-Ragħaj evanġeliku: Ragħaj li f’ħin huwa “ħaruf” (cf. Ap 7, 17), li jagħti ħajtu għall-merħla (Ġw 10, 11), espressjoni tal-ħniena u tat-tenerezza tal-Missier; imma, li fl-istess ħin, ħaruf “li jinsab f’nofs it-tron” (Ap 7, 17); “iljun rebbieħ (cf. Ap 5, 5), ġellied qalbieni għall-kawża tal-verità u tal-ġustizzja, difensur tad-dgħajfa u tal-foqra, rebbieħ fuq il-ħażen tad-dnub u tal-mewt.

Għalhekk, illum, ftit iktar min-nofs seklu mill-massakru tagħhom, il-messaġġ tal-Beati l-ġodda huwa ċar u attwali. Meta l-Knisja tipproponi xi mudell ta’ ħajja għall-fidili, tagħmlu wkoll fid-dawl tal-bżonnijiet pastorali partikolari taż-żmien li fih isseħħ tali proklamazzjoni.

Għalina mela d-dmir li nizzu ħajr l-ewwelnett lill-Mulej li, bl-interċessjoni tal-Beati l-ġodda, jirregalalna dawl ġdid u konfort fil-mixja tagħna lejn il-qdusija, imma wkoll fl-istess ħin l-iskop biex nimmeditaw l-eżempju tagħhom u li nimitawh, fil-proporzjon tal-qawwiet tagħna, u skont r-responsabbiltajiet u ċ-ċirkustanzi differenti. Naħseb b’mod speċjali dwar il-Konfratelli Sależjani, imma l-eżempju ta’ Qaddis jiswa dejjem għall-Knisja kollha. Kristu jirregalalna l-Ispirtu tiegħu sabiex inkunu nistgħu nirnexxu f’dan. Il-Verġni Santissma, Marija Għajnuna tal-Insara, tassistina b’mod matern f’dawn l-għanijiet qaddisa.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading