Il-Papa fi Pjazza San Mark f’Venezia

Print Friendly, PDF & Email

Minn Daniel Borg

It-tixbihat li juża Ġesu huma daqstant sempliċi daqskemm profondi. Fil-priedka tiegħu waqt il-quddiesa fi pjazza San Mark f’ Venezia il-Papa jitkellem dwar it-tixbiha tad-dielja li juża Ġesu’ (Ġw 15, 1-8) u propjament fuq il-vers: “Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom [. . .] Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott” Ġesu’ jixtieqna nibqgħu magħqudin miegħu biex nagħtu frott ta’ ħajja tajba: il-ġustizzja, l-paċi, l-għożża għall-oħrajn; il-ħarsien tal-wirt ambjentali u uman.

Il-fidi f’ Ġesu’ tagħtina l-ħelsien. Hi tippreparana biex nilqgħu l-imħabba ta’ Alla li jkabbrilna l-ferħ tagħna. Alla jieħu ħsiebna bħalma bidwi jieħu ħsieb id-dilja tiegħu, biex inkabbru il-friegħi anke meta l-art tal-ħajja tagħna hi niexfa.

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02WAnwi459LZpgtwiMxB23VenhpyqyqGt9BNgZWcdHhm8LB6Jc7SDkmKtG23kpeM7Xl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading