Anniversarji u ġrajjiet kbar imfakkra f’ħarġa waħda tar-rivista Madonna Ta’ Pinu

Madonna Ta’ Pinu, April-Ġunju 2015, Nru 173

Wieħed kien jistenna li l-ħarġa ta’ April-Ġunju 2015 tar-rivista Madonna Ta’ Pinu jkollha fil-qoxra tagħha wieħed mill-ħames affreski ta’ l-artist Sergio Favotto mwaħħlin man-niċeċ il-ġodda tal-Mixja tal-Pellegrin inawgurata ftit tal-jiem ilu fit-triq li twassal għas-Santwarju Ta’ Pinu.  L-affresk li jsebbaħ il-qoxra ta’ din il-ħarġa fil-fatt hu dak li jirrappreżenta t-tema “Marija Għajnuna ta’ l-Insara”, propju biex ifakkar ukoll ġrajja oħra sabiħa li seħħet dan l-aħħar f’dan is-Santwarju Marjan: iż-żjara ta’ l-Urna ta’ Don Bosco, devot kbir ta’ Marija taħt dan it-titlu. Continue reading “Anniversarji u ġrajjiet kbar imfakkra f’ħarġa waħda tar-rivista Madonna Ta’ Pinu”