Erġajt ħxint?!

Patri Mario Attard OFM Cap 

Inkun miexi għall-affari tiegħi f’wieħed mill-kurituri tal-isptar. Xi ġmiel ta’ ġurnata kienet! Ġurnata tar-rebbiegħa Maltija! Xi trid iżjed Patri ħi!

U, f’daqqa waħda, nisma’ tifsira u għajta! X’qatgħa ħadt! Inħsadt! U bħal żwiemel tat-trott li ġieli nbierek il-Marsa, waqaft. U għall-ewwel inġbidt lura. Imma t-tbissima malajr reġgħet ġiet lura fuq fommi. Kien wieħed mit-tobba bravi tagħna li għandna fl-isptar. Tabib kien barrani. Father! You are gaining weight! qalli. Ħeqq! Tħassibt hux! Imma, fil-qalba tal-qalb tiegħi, tgħidx kemm apprezzajt! F’qalbi għedt: “Ara naqra dan il-proxxmu! Kemm ħa interess fija!” Kemm tagħmel kuraġġ hux meta xi ħadd ikun jimpurtak minnek! L-istess ġrali jien! Continue reading “Erġajt ħxint?!”